Għamilna passi kbar...anke fil-ġlieda tagħna kontra l-kanċer..
Għaddej il-bini il-bini taċ-ċentru l-ġdid tal-onkoloġija, fejn se jkun hemm total ta 96 sodda, 74 sodda in patient u 22 sodda fid-Day Care. Fil-preżent fl-iSptar Sir Paul Boffa hemm 27 sodda. Ippublikajna wkoll l-ewwel pjan nazzjonali dwar il-kanċer ghal pajjiżna, li fiħ il-Gvern jiddikjara xi triq se jkompli jieħu f’dan il-qasam. Dan il-pjan diġa beda jiġi segwi. Fil-fatt il-programmi ta’ skrinjar , kif ukoll diversi inizjattivi oħra, bħal per eżempju, l-fatt li l-iSptar Mater Dei ġie dikjarat bħala kompletament smoke-free, u l-izvillup ta diversi kliniċi sabiex persuna tieqaf tpejjep. Dawn huma kollha parti mill-pjan nazzjonali dwar il-kanċer.
Sar ukoll investiment f’Għawdex fid- dipartiment tar-Radjoloġija li jfisser li pazjenti Għawdxin qed jagħmlu eżamijiet mediċi r fosthom CT Scan u screening tas-sider f’Għawdex stess.
.jpg)
Is-servizzi ser ikomplu jiżdiedu hekk kif il-Gvern se jniedi programm ieħor ta screening aktar tard matul din is-sena. F’dan il program se nkunu qed nistiednu rġiel u nisa ta’ bejn is-60 u l-64 sena biex kull sentejn jagħmlu test li jiddetermina jekk hemmx kanċer jew le fil-musrana. Dan se jikkumplimenta il-programm nazzjonali ta screening tas-sider li bis-saħħa tiegħu sa tmiem is-sena li għaddiet kienu ġew salvati 117-il mara.
No comments:
Post a Comment