World Diabetes Day 2012
Ikompli jitnaqqas il-waiting time għal-pazjenti bid-dijabete
Waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fl-okkażjoni tal-Jum Dinji dwar id-Dijabete, Profs Stephen Fava qal li permezz ta Diabetes Shared Care Programme il-pazjent illum qiegħed jinqeda ħafna aħjar u aktar malajr minn qabel. Prof Fava spjega li permezz ta dan il-programm, wara li pazjent ikun iltaqgħa mall-konsulent u jkun ġie kkonfermat li għandu d-dijabete, il-pazjent jirċievi kura għal-kundizzjoni tiegħu fil-komunita.
Il-Vantaġġ prinċipali ta dan il-programm hu l-fatt li l-pazjent qiegħed jingħata servizz aktar personali direttament fil-komunita tiegħu. Barra min hekk qed tingħata kura aktar ħolistika hekk kif qiegħed isir screening taċ-ċirkolazzjoni fis-saqajn u anke fl-għajnejn. Il-Pazjenti qed jingħataw ukoll appuntament annwali ma speċjalista sabiex ikun żgurat li il-kundizzjoni qed tinżamm taħt kontroll matul is-sena.

Il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita Dr Joe Cassar irringrazzja lill ġurnalisti u producers għal-fatt li pratikament kull gazzetta u kull stazzjon (kemm radio u television) u anke l-online media, qed jgħatu attenzjoni lill dan il-jum dinji dwar id-dijabete. Hu qal li dan huwa importanti għal fatt li permezz ta artikli u diskussjonijiet qed jitwasslu żewġ messaġġi importanti ħafna – dak li kulħadd għandu jiċċekkja il-livell taz-zokkor fid demm ta spiss u wkoll il-fatt li bid-dijabete tista tgħix ħajja normali.

Aktar tard il-Ministru Cassar għamel żjara fi spiżerija li qed tipparteċipa f’kampanja organizzata mill Kamra tal-Ispiżjara ta’ Malta bill-kollaborazzjoni tal Malta Diabetes Association. Matul il-kampanja il-pubbliku in ġenerali ġie mħeġġe jiċċekkja l-livell taz-zokkor fid-demm filwaqt li jagħti donazzjoni b’risq il-Malta Community Chest Fund. Il-Ministru rringrazzja lill professjonisti tas-saħħa kollha li huma involuti fil-ġlieda kontra d-dijabete u faħħar il-ħidma u d-dedikazzjoni tagħhom li qed tissarraf f’pazjent aktar infurmat u ppreparat li twassal għal tejbien fil-kwalita tal-ħajja tal-individwu.
No comments:
Post a Comment