Tuesday, 29 May 2012
Monday, 28 May 2012
L-isptarijiet St James jibdew iservu bhala sptarijiet ohra ta' Emergenza
L-isptarijiet St James ta Haz-Zabbar u tas-Sliema jibdew iservu bhala sptarijiet ohra ta Emergenza
Friday, 18 May 2012
Kura Primarja - Investiment fic-centru tas-sahha tar-Rabat
Pass ieħor il-quddiem fil-qasam tal-kura primarja
Iċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat ser jiġi mmodernizzat b’investiment ta nofs miljun Ewro bl-iskop li jiżdiedu s-servizzi, il-pazjent jinqeda aħjar u l-professjonisti jaħdmu f’ambjent aktar prattiku. 
Dan tħabbar mill-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura  fil-Komunita Hon Joe Cassar  waqt żjara fiċ-ċentru tas-saħħa u matulha ingħataw id-dettalji tal-proġett.  Il-Ministru Joe Cassar  qal li l-kura primarja qed tkompli tiġi msaħħa permezz ta dan l-investiment li fil-prattika se jissarraf mhux biss f’ambjent isbaħ u modern imma wkoll f’post li fiħ il-professjonisti tas-saħħa se jkunu jistgħu jaqdu lill-pazjent b’aktar faċilita, filwaqt li l-bini minnu nnifsu se jkun jippermetti l-użu ta apparat mediku speċjalizzat. 
Il-Ministru qal li  ċ-ċentru joffri servizzi lill madwar 35,000 persuna li joqgħodu r-Rabat, Ħad-Dingli, Ħ’Attard, l-Imtaħleb, il-Baħrija,  l-Imtarfa u fl-inħawi tal-Buskett.  Is-sena li għaddiet ingħataw aktar minn 
Minħabba in-natura tax-xogħolijiet, għal-raġunijiet ta sigurta is-servizzi li jingħataw miċ-ċentru se jiġu trasferiti lejn post ieħor temporanjament meta jibda x-xogħol.  Ir-residenti tal-inħawi milquta se jiġu mgħarrfa dwar dan aktar il-quddiem.  Ladarba jitlesta x-xogħol, is-servizzi offruti se jiżdiedu permezz ta klinika oħra għat tobba, u wkoll dik li tissejjaħ Wound Clinic. 
Thursday, 10 May 2012
Sena oħra ta’ ħidma fil-Kura Primarja.
Dan il-Gvern iħoss li l-poplu għandu dritt jiġġudikana fuq dak li nagħmlu u għaldaqstant, darba fis-sena, nagħmlu rendikont tal-ħidma tagħna f’kull settur matul dik is-sena li tkun għaddiet. Matul dawn ix-xhur u l-ġimgħat li għaddew smajna ħafna fuq ir-riforma li hemm bżonn fil-qasam tal-Kura Primarja. Aħna stess irrikonoxxejna li din il-ħtieġa hija waħda reali u kien għalhekk li mingħajr ħafna pompa żejda middejna għonqna għax-xogħol u bdejna nimplimentaw b’mod gradwali ħafna mill-prinċipji li ħarġu kemm mid-dokument ta’ konsultazzjoni u, fl-opinjoni tiegħi aktar importanti, mir-rispons li kellna għall-istess dokument. F’dan is-settur tal-Kura Primarja, it-tliet prinċipji kardinali li nħossu li għandhom kontinwament jiggwidawna huma li l-pazjent jitqiegħed fiċ-ċentru tal-politika tas-saħħa, li ngħollu l-livell taċ-Ċentri tas-Saħħa u li ntejbu s-servizzi offruti fil-Komunita`. 
 Fil-komunità l-Gvern għandu 8 Ċentri tas-Saħħa u ta’ 42 berġa li minnhom joffri s-servizzi lill-pazjenti tagħna. Matul is-sena li għaddiet it-tobba f’dawn iċ-Ċentri għamlu kważi nofs miljun viżta, u mill-bereġ saru kważi 200,000 viżta oħra.
Fil-komunità l-Gvern għandu 8 Ċentri tas-Saħħa u ta’ 42 berġa li minnhom joffri s-servizzi lill-pazjenti tagħna. Matul is-sena li għaddiet it-tobba f’dawn iċ-Ċentri għamlu kważi nofs miljun viżta, u mill-bereġ saru kważi 200,000 viżta oħra. 
Irrid insemmi fil-fatt li minbarra t-tobba, fiċ-Ċentri tas-Saħħa u l-bereġ għandna mijiet ta’ professjonisti oħra li kuljum joffru servizzi oħra ta’ l-ogħla kwalita. Per eżempju, matul is-sena li għaddiet saru mal-100,000 test tad-demm u madwar 200,000 oħra ħadu kura mogħtija mill-infermiera. Fil-klinika tad-diabete attendew il-fuq minn  14,000 pazjent u mat-80,000 irċevew servizzi relatati mal-podjatrija. Ingħataw aktar minn minn 
 Il-qasam tas-saħħa huwa għal qalb il-gvern nazzjonalista u pilastru tal-politika tagħna. Għal sena oħra erġajna kkonfermajna dan bl-investiment qawwi f’dan is-settur, inkluż l-investimenti li saru u ppjanajna biex nibdew minnufih, fil-qasam tal-Kura Primarja. Tista’ tgħid li matul is-sena li għaddiet, iċ-Ċentri kollha tas-Saħħa f’Malta jew sarilhom xi xogħol fuqhom jew tlestew il-pjanijiet kollha meħtieġa biex maljar kemm nistgħu din is-sena jinbeda x-xogħol. Iċ-Ċentru tal-Mosta tista’ tgħid se jkun totalment differenti
Il-qasam tas-saħħa huwa għal qalb il-gvern nazzjonalista u pilastru tal-politika tagħna. Għal sena oħra erġajna kkonfermajna dan bl-investiment qawwi f’dan is-settur, inkluż l-investimenti li saru u ppjanajna biex nibdew minnufih, fil-qasam tal-Kura Primarja. Tista’ tgħid li matul is-sena li għaddiet, iċ-Ċentri kollha tas-Saħħa f’Malta jew sarilhom xi xogħol fuqhom jew tlestew il-pjanijiet kollha meħtieġa biex maljar kemm nistgħu din is-sena jinbeda x-xogħol. Iċ-Ċentru tal-Mosta tista’ tgħid se jkun totalment differenti 
L-istess iċ-Ċentru tar-Rabat – ix-xogħol preliminari kollu huwa lest u f’dawn il-jiem se joħorġu t-tenders għax-xogħolijiet meħtieġa, inkluż xogħolijiet fuq l-elettriku, makkinarju u apparat mediku, aperturi, pavimentar u sistema ta’ arja kkundizzjonata u lift. Fuq iċ-Ċentru reġjonali ta’ San Ġiljan, il-gvern qed jaħseb sabiex mhux biss iwettaq dawk ix-xogħolijiet meħtieġa, talli se jkun qed idaħħal kunċett ġdid fil-Kura Primarja f’pajjiżna għaliex il-pazjent ser ikun jista’ jsib is-servizzi kollha f’post wieħed. Dan il-proġett ser ikun qed isir b’investment totali ta’ kważi sitt miljuni u nofs ewro f’bini mfassal fuq tlett sulari, b’żewġ livelli ta’ parkeġġ. Matul is-sena li għaddiet ukoll saru xogħolijiet estensivi oħra fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid, f’dak ta’ Birkirkara, ta’ Bormla, tal-Gżira, ta’ Ħal-Qormi u tal-Floriana. L-istess nistgħu ngħidu għall-bereġ li hemm imxerrdin f’ħafna rħula f’Malta fejn kontinwament ikun għaddej xogħol ta’ manutenzjoni u tisbiħ għax dan il-gvern jemmen li kull ċittadin għandu dritt għal dawn is-servizzi ta’ kura primarja f’ambjent li jilqgħek u sigur. 
Din il-ħidma tagħna fl-aħħar sena fil-qasam tal-kura primarja hija xhieda oħra tal-impenn tagħna għall-Maltin kollha. Minkejja l-kritika kontinwa tal-oppożizzjoni u minkejja d-diffikultajiet kollha li l-gvern ikollu jegħleb sabiex jassigura li dawn is-servizzi jitwasslu kif jixraq, din is-sena ħidma tikkonferma kemm huwa minnu li : Saħħtek Għal Qalbna ! 
Saturday, 5 May 2012
Illum it-tobba Maltin jibqghu jistudjaw hawn Malta
Malta Foundation Programme - biddilna l-istorja meta flok it-tobba Maltin imorru jistudjaw barra, tobba barranin  qed jiġu jistudjaw Malta, u fl-istess waqt issa qegħdin fi stat li aktar tobba Maltin qed jiddeċiedu li jibqgħu jistudjaw f’pajjiżna.
Tuesday, 1 May 2012
Subscribe to:
Comments (Atom)
 




