Friday, 18 May 2012

Kura Primarja - Investiment fic-centru tas-sahha tar-Rabat

Pass ieħor il-quddiem fil-qasam tal-kura primarja

Iċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat ser jiġi mmodernizzat b’investiment ta nofs miljun Ewro bl-iskop li jiżdiedu s-servizzi, il-pazjent jinqeda aħjar u l-professjonisti jaħdmu f’ambjent aktar prattiku.

Dan tħabbar mill-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita Hon Joe Cassar waqt żjara fiċ-ċentru tas-saħħa u matulha ingħataw id-dettalji tal-proġett.  Il-Ministru Joe Cassar qal li l-kura primarja qed tkompli tiġi msaħħa permezz ta dan l-investiment li fil-prattika se jissarraf mhux biss f’ambjent isbaħ u modern imma wkoll f’post li fiħ il-professjonisti tas-saħħa se jkunu jistgħu jaqdu lill-pazjent b’aktar faċilita, filwaqt li l-bini minnu nnifsu se jkun jippermetti l-użu ta apparat mediku speċjalizzat.

Il-Ministru qal li  ċ-ċentru joffri servizzi lill madwar 35,000 persuna li joqgħodu r-Rabat, Ħad-Dingli, Ħ’Attard, l-Imtaħleb, il-Baħrija,  l-Imtarfa u fl-inħawi tal-Buskett.  Is-sena li għaddiet ingħataw aktar minn 1,200,000 servizz mill-bereġ u miċ-ċentri tas-saħħa f’Malta.  Minnhom, 55,000 ingħataw miċ-ċentru tas-Saħħa tar-Rabat.

Minħabba in-natura tax-xogħolijiet, għal-raġunijiet ta sigurta is-servizzi li jingħataw miċ-ċentru se jiġu trasferiti lejn post ieħor temporanjament meta jibda x-xogħol.  Ir-residenti tal-inħawi milquta se jiġu mgħarrfa dwar dan aktar il-quddiem.  Ladarba jitlesta x-xogħol, is-servizzi offruti se jiżdiedu permezz ta klinika oħra għat tobba, u wkoll dik li tissejjaħ Wound Clinic.

Joe Cassar qal li dan l-investiment fil-kura primarja kien possibbli wkoll minħabba l-fatt li l-baġit allokat għas-settur tas-saħħa għal din is-sena  żdied b’29 miljun Ewro. 

No comments:

Post a Comment