Hekk kif kien imħabbar fil-Pjan Nazzjonali għall-Kanċer illum ingħata bidu għall-programm ta taħriġ dwar komunikazzjoni għall-professjonisti nvoluti fil-kura għall-kanċer. Il-Programm ta taħriġ għandu l-iskop li jħarreġ lill professjonisti dwar kif tiġi kkomunikata aħbar ħażina jew delikata lill-pazjent kif ukoll lill familjari.
Waqt l-ewwel sessjoni ta taħriġ il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita Joe Cassar qal li l-programm huwa riżultat tar-riċerka li saret bi preparament għat-tfassil tal-Pjan Nazzjonali għall-Kanċer. Fil-fatt, minn din ir-riċerka kien ħareġ li ikun hemm benefiċċju għall-pazjent jekk il-professjonisti varji ikunu wkoll imħarrġa fil-metodi differenti ta komunikazzjoni.
Kien għalekk, li bħala parti minn dan il-pjan, illum ingħata bidu għal-dan il-programm ta taħriġ li permezz tiegħu il-professjonist se jkun aktar ippreparat biex jikkomunika b’mod effettiv ma persuni differenti f’mument delikat. Il-Ministru Joe Cassar qal li l-qasam tal-Onkoloġija hu qieħed partikolari, minħabba li kemm il-pazjent u il-familjari jiġu esposti għall-biża kbira mill-ħsieb li wieħed jista jitlef ħajtu.
Dr Cassar qal li mill-ħin li jiġi stabilit li l-pazjent ikollu tumur jew kanċer, tibda l-ansjeta u dan wassal għal ħafna mistoqsijiet . Għalhekk it-taħriġ mhux se jiffoka biss fuq kif wieħed iwassal aħbar ħażina, imma wkoll fuq l-aspetti kollha relatati maż-żmien li l-pażjent u l-familjari se jgħaddu f’kuntatt mas-servizzi tas-saħħa inkluż ukoll il-mumenti fejn il-pazjent jitlef il-ġlieda għall-ħajja. Joe Cassar qal li l-iskop ta dan it-taħriġ hu dak li l-komunikazzjoni f’dawn iċ-ċirkostanzi tkun effettiva, u fl-istess ħin il-professjonist ikun aktar ippreparat biex jiffaċċja dawn il-mumenti.
It-taħriġ se jkun imwassal minn Fr. Joseph Calleja BA, MA, MSc, ECP u Ms Mireille Pellegrini Petit B.Soc u se jkun imqassam f’sessjonijiet ta 4 siegħat għall 4 ġimgħat u se jsir fi grupp żgħar.
Il-Ministru Cassar irringrazzja lill-professjonisti kollha li huma involuti f’dan il-qasam filwaqt li rrikonoxxa l-fatt li l-ħidma tagħhom mhix waħda faċli u tirrikjedi impenn u dedikazzjoni kontinwa. Iżda huwa wkoll fatt li din l-istess ħidma iġġib magħhha s-sodisfazzjon li tkun għent persuna fl-aktar mument diffiċli ta ħajjitha.
No comments:
Post a Comment