Fiducja fik u f’uliedek – din kienet it-tema ta Kunsill Ġenerali li, għal darb oħra tatna l-opportunita li inħarsu il-quddiem b’enerġija u determinazzjoni li inkomplu noħolqu l-ġid. Inħares lura u niftakar f’Kunsilli Ġenerali oħrajn fejn flimkien tkellimna dwar proġetti u flimikien ħlomna dwar dak li ridna niskbu għall pajjiżna.
Kien propju f’dawn il-Kunsilli li ħarisna l-quddiem u għedna li rridu inżidu l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ, insaħħu l-għajnuna għan negozjant, inżidu x-xogħol u noħolqu xogħol aħjar.
Biss, il-Partit Nazzjonalista seta jagħmel dan għax ħares lejk u emmen fik.
Illum, bis-saħħa tiegħek, noffru servizz tas-saħħa aħjar. Għalekk ninvestu 45,000 ewro fis-siegħa, lejn u nhar fis-saħħa. Bis-saħħa tiegħed ħloqna 20,000 post tax-xogħol ġdid u bis-saħħa tiegħed ftaħna skola ġdida fis-sena. Bis-saħħa tiegħek ħloqna aktar opportunitajiet għaż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin.
Qed ngħid hekk għax inutli toħlom u tippjana jekk ma jkollokx ir-riżorża umana li ittik riżultati eċċellenti. Meta l-pajjiż sejjaħlek kont int li għażilt il-politika li biha pajjiżna mexa l-quddiem, u meta din il-politika ġiet attwata kont int li mexxejta. Illum il-fatti juruna li kellna raġun nemmnu fik.
Bħala Ministru għas-Saħħa ma tgħaddix ġurnata li ma narax il-frott ta din il-fiduċja. Dan il-frott huwa il-fatt li llum aktar minn 4,000 professjonist u ħaddiem fil-qasam tas-saħħa jaħdmu f’ambjent ħafna aktar modern fl-iSptar Mater Dei, u joffrulek eluf ta servizzi kuljum. Dawn l-4,000 persuna is-sena li għaddiet tawk il fuq minn 9 miljun servizz...
Huma it-tobba Maltin li kisbu l-fiduċja ta Foundation Programme tal-mediċina Ingliża, u bis-saħħa tagħhom illum it-tobba Maltin qed jibqgħu jistudkaw hawn Malta. Illum saħansitra wasalna f’punt fejn għandna tobba barranin li qed jiġu jistudjaw hawn.
Bis-saħħa tal-professjonisti tas-saħħa stajna inkomplu inżidu is-servizzi tas-saħħa li noffru, biex illum int u l-familja tiegħek tistgħu tużaw il-fuq minn 4,000 servizz tas-saħħa b’xejn
Investejna fit taħriġ u zidna l-opportunitajiet biex il-professjonisti tagħna ikomplu jispecjalizzaw - b’hekk tejjibna mhux biss il-kwalita tas-servizz imma wkoll saħħaħħna il-workforce filwaqt li attirajna l-interess ta aktar zgħazagħ lio qed jagħzlu li jidħlu ghal xi karriera fil-kura tas-saħħa.
Komplejna nsaħħu il-kura primarja, u dan jixduħ in-numru dejjem jikber ta pazjenti li s-sena li għaddiet ħadu aktar minn miljun u mitejn elf servizz b’xejn mic-centri tas-saħħa u l-bereġ. Issa qed inħarsu lejn ħsieb ġdid f’dan il-livell - il-bini ta ċentru ħolistiku ta kura primarja..dak li jissejjaħ regional hub f’San Ġiljan
Tiftakruħ l-isptar san luqa ?
Nimmaġina li llum anke dawk li jridu akkost ta kollox imaqdru kontinwament kull servizz tal-Gvern jammettu kemm kienet deċiżjoni tajba li nivestu sptar ġdid. Ftit tax-xhur ilu kellna saħansitra ġurnalist tas cnn li waqt rapport tiegħu fuq is cnn qal li dan huwa sptar state of the art. Pero f’dak is-servizz ħareġ ukoll, b’mod evidenti, li dak li jagħmel l-isptar state of the art, mhuwiex biss apparat mill-aktar sofistikat, imma il-kapaċita tal-persuna li jħaddem dak l-apparat skont il-bżonnijiet tal-pazjent.
Kif tista tara...emminna fil-professjonisti u l-ħaddiema Maltin u investejna, u mis-suċċess tiegħek qed tgawdi int u uliedek.
Żidna l-mediċini kontra l-kanċer, investejna f’apparat tar-raġġi aktar modern, u qed nibnu Ċentru Ġdid għal kura tal-kanċer. Fl-2009 bdejna l-ewwel programm nazzjonali ta screening – dak tas-sider, u li permezz tiegħu diga salvajna il-ħajja ta’ aktar minn 120 mara – omm, oħt, bint jew il-mara ta xi ħadd – li kieku ma kienx għal dan il-programm abli kienu jindunaw tard wisq. Ħabbarna li se noffru screening għal kancer tal-musrana.
Dan kollu jiswa l-flus. Mhumiex deċiżjonijiet faċli..għax qed nitkellmu fuq miljuni. Għalina saħħtek priorita..bil-fatti.
Naturalment mhux kollox miexi fuq ir-rubini. Għandna l-problemi u għandna l-isfidi. U sakemm inkomplu naħdmu se jibqa jkun hemm problemi u sfidi ġodda.
Huwa tajjeb li nieqfu u nevalwaw dawn il-sfidi, imma ma nistghux nehlu hemm. Hemm bżonn li nindirizzaw dawn l-isfidi flimkien. Aktar minn hekk ejja ma nħallu l-ħadd jaljenana minn dak li ksibna. Kien hemm żmien fejn nimxu b'In-Nazzjon, jew aħjar bl-IN TAGHNA mohbija f'idejna, żminijiet li jidru l-bogħod, imma lkoll nafu li fil-fatt mhumiex daqshekk il-bogħod.
Flimkien ħlomna u b’fiduċja fik, biddilna dan il-pajjiz.
No comments:
Post a Comment