F’dawn l-aħħar erba’ snin komplejna żidna s-servizzi tas-saħħa. Illum int tista’ tuża aktar minn 4,000 servizz tas-saħħa - servizzi ta’ kwalita’ għolja u li huma b’xejn.
Il-Gvern qed jinvesti aktar minn miljun ewro kuljum biex int, f’kas ta’ bżonn issib servizz qrib tiegħek jew f’wieħed mill-isptarijiet tagħna. Fil-fatt pratikament ninvestu madwar 4,500 ewro fis-siegħa.
Illum qed noffru servizzi ta kura primarja viċin tiegħek fi tmien ċentri tas-saħħa u 42 berġa. Is-sena li għaddiet offrejna il fuq minn miljun servizz, li fost oħrajn inkludew eżamijiet mediċi minn tobba, kemm fil-post u anke fid-dar tal-pazjent.
Żidna il-lista ta mediċini b’xejn li int tista tiġi bżonn. Illum noffru aktar minn 1,300 tip ta mediċina differenti b’xejn. Permezz tal-ispiżerija tal-għażla tiegħek, 76,000 persuna qed jiġbru il-mediċini tagħhom b’xejn minn spiżerija li jagħżlu huma.
Irduppjajna il-mard kroniku imniżżel fil-kartuna s-safra. Dan ifisser li issa aktar minn 124,000 persuna huma intitolati għal mediċini b’xejn.
Sfortunatament jien persważ li int taf lill xi ħadd li ltaqgha mal-marda tal-kanċer. Anke hawnhekk, ħadna azzjoni.
Żidna l-mediċini kontra l-kanċer, investejna f’apparat tar-raġġi aktar modern, u qed nibnu Ċentru Ġdid għal kura tal-kanċer. Fl-2009 bdejna l-ewwel programm nazzjonali ta screening – dak tas-sider, u li permezz tiegħu diga salvajna il-ħajja ta’ aktar minn 117-il mara – omm, oħt, bint jew il-mara ta xi ħadd – li kieku ma kienx għal dan il-programm abli kienu jindunaw tard wisq. Issa se jibda jsir screening għal kancer tal-musrana.
Fl-isptar Mater Dei żidna l-kura, t-tip ta’ operazzjonijiet li jsiru u l-eżamijiet medici li qed noffru lill pazjenti. Fil-fatt, is-sena li għaddiet il-ħaddiema u professjonisti tal-isptar Mater Dei wasslu aktar minn 9 miljun servizz, b’xejn, lill kull min kellu bżonn.
Komplejna nnaqsu iż-żmien ta stennija għall-operazzjonijiet u xahar wara l-ieħor qed inżidu in-numru ta pazjenti li jiġu operati fl-isptar. Is-sena li għaddiet saru aktar minn 43,000 operazzjoni, li hija żieda ta 11,000 operazzjoni fuq l-aħħar sena tal-isptar San Luqa.
Għamilna ftehim mall-privat dwar proċeduri differenti bħall MRI u Kataretti.
Bl-operazzjonijiet ġodda li qed ngħamlu, qed issir differenza kbira fil-ħajja tan-nies. Dan jafu sew dak iż-żgħażugħ li għall-ewwel darba, wara operazzjoni innovattiva fl-isptar mater dei, jista jiċċaqqlaq kif irid, wara li snin ilu iltaqa mal-marda tal-parkinsons. Dan jafu sew il-missier li issa jista jisma lill-ibnu wara li saritlu dik li tiġi imsejħa il-bionic ear.
Investejna wkoll fit-taħriġ.
Tiftakar meta it-tobba ġodda Maltin kienu jsiefru biex jispeċjalizzaw, u imbgħad jagħżlu li jibqgħu barra minn pajjiżna ? Illum biddilna kompletament l-istorja, u l-maġġoranza tat-tobba Maltin qed jibqgħu jistudjaw hawn – f’pajjiżna. Anzi, illum, bil-maqlub ta dak li kien jiġri qabel, għandna tobba barranin li qed jiġu jistudjaw hawn Malta.
Din is-sena wkoll se jkollna aktar minn 200 infermier ġdid, u professjonisti oħra li se jiggradwaw fix-xhur li ġejjijn.
Dan il-Gvern dejjem kien ċar fil-politika tiegħu dwar is-saħħa. B’dak li ghamilna, Gvern u haddiema fil-qasam tas-saħħa, illum pajjizna hu rikoxxut bhala wieħed mill-pajjiżi li jinsab fuq quddiem nett fis-servizzi medici li joffri. U d-determinazzjoni tagħna hi li nkomplu nżidu u ntejbu s-servizzi għalik.
Il-Gvern japprezza l-ħidma tal-professjonisti u ħaddiema kollha li ħafna drabi issir fil-kwiet u mingħajr daqq tat-trombi. Grazzi.
Saħħtek priorita’ - saħħtek għal qalbna.
No comments:
Post a Comment