Friday, 24 August 2012
Din is-sena ingħataw aktar minn 687,000 servizz ta Kura Primarja mill-bereġ u Ċentri tas-Saħħa
Din is-sena ingħataw aktar minn 687,000 servizz ta Kura Primarja mill-bereġ u Ċentri tas-Saħħa
L-ewwel punt ta referenza għandu jkun it-tabib tal-familja
Bejn Jannar u Lulju ta din is-sena ingħataw 678,682 servizz ta’ Kura Primarja mill-Bereġ u ċ-Ċentri tas-Saħħa.  Dan qalu il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura Fil-Komunita Dr Joe Cassar  waqt konferenza tal-aħbarijiet fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta Raħal Ġdid.   Il-Kura Primarja għandha rwol ċentrali fis-servizzi tas-saħħa, qal il-Ministru, filwaqt li sostna li l-ewwel punt ta referenza għal pazjent ma għandux ikun speċjalista iżda it-tabib tal-familja (bereġ / ċ-Ċentri tas-Saħħa). 
Il-Ministru Cassar qal li llum it-tabib tal-familja huwa speċjalista wkoll u jkun ħa taħriġ professjonali apposta biex ikun jista jagħti l-aqwa parir fuq livell ta mediċina ġenerali.  Il-Gvern joffri diversi servizzi tas-saħħa fil-livell ta Kura Primarja permezz ta 8 ċentri tas-saħħa u 42 berġa. Dr Cassar qal li minkejja li hawn il-perċezzjoni li ftit nies jużaw is-servizzi tal-kura primarja, il-fatti juru mod ieħor, bħal ma hu indikat fit-tabelli hawn taħt. 
January - July 2012
| 
Number of clients examined in all Health Centres by General Practitioners | 
243,493 | 
| 
Number of clients examined in ‘Bereg’(Peripheral Clinics) | 
61,974 | 
| 
Number of Home Visits done | 
9,816 | 
| 
Special Clinics | |
| 
Diabetes | 
11,392 | 
| 
Gynae | 
4,889 | 
| 
Well Baby | 
3,779 | 
| 
Treatment Room (Nursing Care) | 
156,022 | 
| 
Podiatry | 
41,321 | 
| 
Speech Language Pathology | 
51,582 | 
| 
Blood Tests | 
43,315 | 
| 
Physiotherapy | 
13,367 | 
| 
ECG | 
1,453 | 
| 
X-rays | 
13,901 | 
| 
Ophthalmology | 
1,168 | 
| 
Glaucoma | 
3,310 | 
| 
Medical Consultant Clinic | 
9,175 | 
| 
Immunisation | 
8,725 | 
| 
Total number of services | 
678,682 | 
Servizzi tal-Kura Primarja,  Jannar – Lulju 2012
Il-Ministru Cassar qal li r-riforma fil-Kura Primarja għadejja kontinwament f’dak li huwa tibdil ta proċessi u sistemi kif ukoll tisħiħ strutturali.  Filwaqt li bħalissa qed isir investiment ta miljun ewro fiċ-ċentri tas-saħħa tar-Rabat u l-Mosta, il-pjanijiet jinkludu wkoll l-introduzzjoni ta sala għall-operazzjonijiet minuri fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta. 
Dr Natasha Azzopardi Muscat, Chief Medical Officer, qalet li tajjeb li napprezzaw il-bidla li seħħet fil-qasam tas-saħħa matul is-snin, partikolarment fejn jidħol taħriġ professjonali.  Il-fatt li llum it-tobba tal-familja huma speċjalizzati fil-qasam jgħin biex persuna tingħata l-kura meħtieġa malajr u f’waqtha.  Dr Muscat qalet ukoll li inbeda eżerċizzju bejn il-Kapijiet Eżekuttivi tal-iSptar Mater Dei u tal-Kura Primarja bl-iskop li s-sistema tas-saħħa tkompli tissaħħ għal-ġid tal-pazjent.  Hi ħabbret li, f’numru ta kliniks fid-dipartiment tal-Outpatients tal-isptar Mater Dei inbdiet proċedura fejn madwar ġimgħa qabel ma pazjent ikollu appuntament dan jiġi imfakkar u l-appuntament jiġi konfermat.  Dan minħabba l-fatt li qed ikun hemm ħafna appuntamenti li mhux qed jinżammu, b’detriment għal-pazjenti stess. 
Is-Sur Edward Borg, Kap Eżekuttiv tal-Kura Primarja appella biex il-pazjent iżomm l-appuntament li jkollu u qal li huwa importanti li kull min imur f’Berġa jew Ċentru tas-Saħħa, jieħu il-karta tal-identita.  Hu qal li jekk min ma jkunx ġej għal xi appuntament jinforma liċ-ċentru rispettiv, aktar pazjenti ikunu jistgħu jinqdew f’ħin iqsar. 
Il-Ministru Cassar irringrazzja lill professjonisti u l-ħaddiema kollha fil-qasam tal-kura primarja tax-xogħol u l-impenn tagħhom fil-konfront tal-pazjent. 
Wednesday, 22 August 2012
Matul dawn l-aħħar 4 snin u nofs ingħataw 2,219 trattament mediku fir-Renju Unit lill pazjenti Maltin
Qed ningħata t-trattement mediku li għandi bżonn f’wieħed mill-aqwa sptarijiet fid-dinja – Is-Sur Bernard Bonnici  
Mill-2008 sa nofs Awwissu ta din is-sena 1,456 pazjent Malti u Għawdxi ingħataw aktar minn 2,000 trattament mediku b’xejn fir-Renju Unit għal-kundizzjonijiet differenti ta saħħa varji li kellhom jew għandhom.  Waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita, ingħata rendikont tal-ħidma li qed issir mis-sezzjoni magħrufa bħala Treatment Abroad Section fi ħdan id-Dipartiment tas-Saħħa.  
Il-Ministru Joe Cassar  qal li dawn il-pazjenti ikunu qed jesperjenzaw kundizzjoni partikolari li tkun teħtieġ kura speżjalizzata u allura, permezz ta ftehim li kien sar bejn Malta u r-Renju Unit, din il-kura tingħata f’ċentri ta speċjalizzazzjoni prinċipalment f’Londra.   Dr Cassar qal li l-ftehim ikopri kwota annwali ta 180 pazjent, filwaqt li l-Gvern Malti iħallas direttament għall-kumplament tal-pazjenti.  Naturalment il-pazjent ma jħallas xejn. 
Il-Ministru Cassar qal li dan isir sabiex jiġi żgurat li l-pazjenti Maltin jirċievu l-aqwa kura possibbli mill-aħjar istituzzjonijiet mediċi fl-oqsma rispettivi.   Il-Gvern jinvesti madwar miljun u nofs ewro fis-sena biex jipprovdi dan is-servizz lill pazjent, li jinkludi wkoll it-titjiriet, akkomodazzjoni u ikel tal-pazjent, trasport u naturalment il-kura neċessarja kif ukoll il-mediċini relatati mall-kura.  Il-Gvern ikopri wkoll l-ispejjeż relatati mal-użu ta air ambulance u l-professjonisti abbord, f’każijiet ta emerġenza.
Id-Dipartiment tas-Saħħa għandu wkoll ftehim ma Puttinu Cares u mas-Sorijiet Franġiskani sabiex il-pazjenti Maltin jiġu pproviduti b’akkomodazzjoni imħallsa mill-Gvern.  Hemm ukoll ftehim mal-Patrijiet Franġiskani li jinsabu f’Londra biex jiġi offrut ukoll servizz spiritwali kif ukoll interpreti biex jiġi ffaċilitat il-proċess ta komunikazzjoni għal dawk li jkollhom bżonn.
| 
Sena | 
Numru ta’ pazjenti | 
Episodji | 
| 
2008 | 
279 | 
425 | 
| 
2009 | 
296 | 
474 | 
| 
2010 | 
306 | 
485 | 
| 
2011 | 
314 | 
474 | 
| 
2012 (up to 20.08.12) | 
261 | 
361 | 
Numru ta pazjenti u episodji ta kura li ingħataw fir-Renju Unit
Bernard Bonnici qal li t-trattement li qiegħed jirċievi qiegħed jagħti l-frott mixtieq u issa qiegħed iħossu ferm aħjar.  Hu rringrazzja lill kull min hu involut għax is-servizz huwa wieħed verament prattiku u professjonali li saħansitra jibqa għaddej hawn Malta, u membri mit-tim tat-Treatment Abroad saħansitra jinfurmawħ meta jkun wasal biex jordna aktar mediċina, li tiġi provduta lilu b’xejn. 
Il-Ministru Joe Cassar  irringrazzja lill-ħaddiema li jmexxu it-taqsima tat-Treatment Abroad tad-dedikazzjoni tagħhom għall-ġid tal-pazjent.  Dr Cassar irrikonoxxa li l-ħidma ta dan id-dipartiment mhi faċli xejn, anke minħabba l-fatt li tvarja ħafna fin-natura tagħha.  Iżda grazzi għal perseveranza tal-ħaddiema il-pazjent jibbenefika mill-aqwa kura possibbli. 
Wednesday, 8 August 2012
Tuesday, 7 August 2012
Ikompli jiżdied in-numru ta operazzjonijiet li jsiru fl-iSptar Mater Dei
Ikompli jiżdied in-numru ta operazzjonijiet li jsiru fl-iSptar Mater Dei
Medja ta 5 operazzjonijiet fis-siegħa, lejl u nhar, Ħdud u festi
Statistika mill-iSptar Mater Dei turi li l-pjanijiet varji li saru sabiex jiżdied in-numru ta operazzjonijiet, u allura jonqos iż-żmien ta stennija għall-pazjent, qiegħed ikompli jħalli l-frott. 
Fil-fatt bejn Jannar u Mejju ta din is-sena saru total ta 19,049 operazzjoni differenti li huwa żieda ta, 1,009 operazzjoni fuq l-istess żmien tas-sena li għaddiet kif indikat fit-tabella hawn taħt. 
| 
Xahar | 
Operazzjonijiet | 
Żieda fuq l-2011 | 
| 
Jannar | 
3,947 | 
302 | 
| 
Frar | 
3,507 | 
121 | 
| 
Marzu | 
3,826 | 
96 | 
| 
April | 
3,692 | 
175 | 
| 
Mejju | 
4,077 | 
315 | 
| 
TOTAL | 
19,049 | 
1,009 | 
Din iż-żieda tkompli tibni fuq dak li kien miksub fis-snin ta qabel.  Matul it tnax-il xahar tas-sena li għaddiet kienu saru total ta’ 43,747 operazzjoni li kienet żieda ta 1,952 operazzjoni fuq is-sena ta’ qabel u żieda ta 11,000 operazzjoni fuq l-aħħar sena tal-isptar l-antik San Luqa. 
Il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita Joe Cassar  jirringrazzja lill-dawk il-professjonisti u ħaddiema kollha li huma involuti f’dan il-proċess.  Il-Ministru qal li huwa importanti li wieħed jirrealizza li minn kemm ilu li nfetaħ l-iSptar Mater Dei il-Gvern investa aktar fil-pazjent u żied it-tip ta interventi li jsiru. Dan issarraf f’livell ta kura aktar avvanzat kif ukoll f’aktar possibilitajiet ta fejqan għall-pazjent.   Fost oħrajn hemm diversi interventi ġodda li matulhom il-professjonisti jagħmlu użu minn apparat sofistikat.   Dawn jinkludu Deep Brain Stimulation li tinvolvi l-installazzjoni ta elettrodi fil-moħħ tal-persuna,  Radio Frequency Ablation li tuża s-sħana ġenerata minn frekwenzi għolja sabiex jitneħħa tumur, Transcatheter Aortic Valve Implantation li permezz tagħha jiġi mqiegħed valve fil-qalb tal-pazjent mingħajr il-bżonn ta open heart surgery, Cochlear implants li hi magħrufa wkoll bħala bionic ear, u proċeduri oħrajn. 
Dr Cassar qal li żdiedu wkoll il-konsulenti u speċjalisti barranin li qed jiġu minn barra u joffri servizz lill pazjenti fl-isptar Mater Dei u jevitaw il-bżonn li l-pazjent isiefer.  Dan huwa wkoll grazzi għall-Sptar modern li huwa mgħammar b’teknoloġija li tassisti lill-professjonist waqt proċeduri mediċi. 
Iż-żieda sostanzjali fin-numru ta operazzjonijiet, li ma tinkludix dawk li huma mħallsa mill-Gvern iżda jisru fil-privat, huwa r-riżultat ta pjan strateġiku intiż biex inaqqas iż-żmien ta stennija għal-pazjenti.  Dan ġie inmiedi fl-2009 u li ħalla impatt immedjat. 
Subscribe to:
Comments (Atom)

 



+Poster-page-001.jpg)