Friday, 24 August 2012

Din is-sena ingħataw aktar minn 687,000 servizz ta Kura Primarja mill-bereġ u Ċentri tas-Saħħa

Din is-sena ingħataw aktar minn 687,000 servizz ta Kura Primarja mill-bereġ u Ċentri tas-Saħħa
L-ewwel punt ta referenza għandu jkun it-tabib tal-familja


Bejn Jannar u Lulju ta din is-sena ingħataw 678,682 servizz ta’ Kura Primarja mill-Bereġ u ċ-Ċentri tas-Saħħa.  Dan qalu il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura Fil-Komunita Dr Joe Cassar waqt konferenza tal-aħbarijiet fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta Raħal Ġdid.   Il-Kura Primarja għandha rwol ċentrali fis-servizzi tas-saħħa, qal il-Ministru, filwaqt li sostna li l-ewwel punt ta referenza għal pazjent ma għandux ikun speċjalista iżda it-tabib tal-familja (bereġ / ċ-Ċentri tas-Saħħa).

Il-Ministru Cassar qal li llum it-tabib tal-familja huwa speċjalista wkoll u jkun ħa taħriġ professjonali apposta biex ikun jista jagħti l-aqwa parir fuq livell ta mediċina ġenerali.  Il-Gvern joffri diversi servizzi tas-saħħa fil-livell ta Kura Primarja permezz ta 8 ċentri tas-saħħa u 42 berġa. Dr Cassar qal li minkejja li hawn il-perċezzjoni li ftit nies jużaw is-servizzi tal-kura primarja, il-fatti juru mod ieħor, bħal ma hu indikat fit-tabelli hawn taħt.


January - July 2012

Number of clients examined in all Health Centres by General Practitioners
243,493
Number of clients examined in ‘Bereg’(Peripheral Clinics)
61,974
Number of Home Visits done
9,816


Special Clinics

Diabetes
11,392
Gynae
4,889
Well Baby
3,779
Treatment Room (Nursing Care)
156,022
Podiatry
41,321
Speech Language Pathology
51,582
Blood Tests
43,315
Physiotherapy
13,367
ECG
1,453
X-rays
13,901
Ophthalmology
1,168
Glaucoma
3,310
Medical Consultant Clinic
9,175
Immunisation
8,725
Total number of services
678,682
Servizzi tal-Kura Primarja,  Jannar – Lulju 2012

Il-Ministru Cassar qal li r-riforma fil-Kura Primarja għadejja kontinwament f’dak li huwa tibdil ta proċessi u sistemi kif ukoll tisħiħ strutturali.  Filwaqt li bħalissa qed isir investiment ta miljun ewro fiċ-ċentri tas-saħħa tar-Rabat u l-Mosta, il-pjanijiet jinkludu wkoll l-introduzzjoni ta sala għall-operazzjonijiet minuri fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta.


Dr Natasha Azzopardi Muscat, Chief Medical Officer, qalet li tajjeb li napprezzaw il-bidla li seħħet fil-qasam tas-saħħa matul is-snin, partikolarment fejn jidħol taħriġ professjonali.  Il-fatt li llum it-tobba tal-familja huma speċjalizzati fil-qasam jgħin biex persuna tingħata l-kura meħtieġa malajr u f’waqtha.  Dr Muscat qalet ukoll li inbeda eżerċizzju bejn il-Kapijiet Eżekuttivi tal-iSptar Mater Dei u tal-Kura Primarja bl-iskop li s-sistema tas-saħħa tkompli tissaħħ għal-ġid tal-pazjent.  Hi ħabbret li, f’numru ta kliniks fid-dipartiment tal-Outpatients tal-isptar Mater Dei inbdiet proċedura fejn madwar ġimgħa qabel ma pazjent ikollu appuntament dan jiġi imfakkar u l-appuntament jiġi konfermat.  Dan minħabba l-fatt li qed ikun hemm ħafna appuntamenti li mhux qed jinżammu, b’detriment għal-pazjenti stess.

Is-Sur Edward Borg, Kap Eżekuttiv tal-Kura Primarja appella biex il-pazjent iżomm l-appuntament li jkollu u qal li huwa importanti li kull min imur f’Berġa jew Ċentru tas-Saħħa, jieħu il-karta tal-identita.  Hu qal li jekk min ma jkunx ġej għal xi appuntament jinforma liċ-ċentru rispettiv, aktar pazjenti ikunu jistgħu jinqdew f’ħin iqsar.

Il-Ministru Cassar irringrazzja lill professjonisti u l-ħaddiema kollha fil-qasam tal-kura primarja tax-xogħol u l-impenn tagħhom fil-konfront tal-pazjent.



No comments:

Post a Comment