Tuesday, 7 August 2012

Ikompli jiżdied in-numru ta operazzjonijiet li jsiru fl-iSptar Mater Dei

Ikompli jiżdied in-numru ta operazzjonijiet li jsiru fl-iSptar Mater Dei
Medja ta 5 operazzjonijiet fis-siegħa, lejl u nhar, Ħdud u festi

Statistika mill-iSptar Mater Dei turi li l-pjanijiet varji li saru sabiex jiżdied in-numru ta operazzjonijiet, u allura jonqos iż-żmien ta stennija għall-pazjent, qiegħed ikompli jħalli l-frott.

Fil-fatt bejn Jannar u Mejju ta din is-sena saru total ta 19,049 operazzjoni differenti li huwa żieda ta, 1,009 operazzjoni fuq l-istess żmien tas-sena li għaddiet kif indikat fit-tabella hawn taħt.


Xahar
Operazzjonijiet
Żieda fuq l-2011
Jannar
3,947
302
Frar
3,507
121
Marzu
3,826
96
April
3,692
175
Mejju
4,077
315
TOTAL
19,049
1,009

Din iż-żieda tkompli tibni fuq dak li kien miksub fis-snin ta qabel.  Matul it tnax-il xahar tas-sena li għaddiet kienu saru total ta’ 43,747 operazzjoni li kienet żieda ta 1,952 operazzjoni fuq is-sena ta’ qabel u żieda ta 11,000 operazzjoni fuq l-aħħar sena tal-isptar l-antik San Luqa.

Il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita Joe Cassar jirringrazzja lill-dawk il-professjonisti u ħaddiema kollha li huma involuti f’dan il-proċess.  Il-Ministru qal li huwa importanti li wieħed jirrealizza li minn kemm ilu li nfetaħ l-iSptar Mater Dei il-Gvern investa aktar fil-pazjent u żied it-tip ta interventi li jsiru. Dan issarraf f’livell ta kura aktar avvanzat kif ukoll f’aktar possibilitajiet ta fejqan għall-pazjent.   Fost oħrajn hemm diversi interventi ġodda li matulhom il-professjonisti jagħmlu użu minn apparat sofistikat.   Dawn jinkludu Deep Brain Stimulation li tinvolvi l-installazzjoni ta elettrodi fil-moħħ tal-persuna,  Radio Frequency Ablation li tuża s-sħana ġenerata minn frekwenzi għolja sabiex jitneħħa tumur, Transcatheter Aortic Valve Implantation li permezz tagħha jiġi mqiegħed valve fil-qalb tal-pazjent mingħajr il-bżonn ta open heart surgery, Cochlear implants li hi magħrufa wkoll bħala bionic ear, u proċeduri oħrajn.

Dr Cassar qal li żdiedu wkoll il-konsulenti u speċjalisti barranin li qed jiġu minn barra u joffri servizz lill pazjenti fl-isptar Mater Dei u jevitaw il-bżonn li l-pazjent isiefer.  Dan huwa wkoll grazzi għall-Sptar modern li huwa mgħammar b’teknoloġija li tassisti lill-professjonist waqt proċeduri mediċi.

Iż-żieda sostanzjali fin-numru ta operazzjonijiet, li ma tinkludix dawk li huma mħallsa mill-Gvern iżda jisru fil-privat, huwa r-riżultat ta pjan strateġiku intiż biex inaqqas iż-żmien ta stennija għal-pazjenti.  Dan ġie inmiedi fl-2009 u li ħalla impatt immedjat.

No comments:

Post a Comment