Wednesday, 28 November 2012

Il-Maltin huma l-aktar Ewropej li jgħixu fit-tul

Il-Gvern iniedi l-Programm Nazzjonali ta' Screening għall-Kanċer tal-Musrana


Il-Gvern iniedi l-Programm Nazzjonali ta' Screening għall-Kanċer tal-Musrana 

Trasport bla ħlas bejn iċ-ċentri tas-saħħa tal-Mosta u Birkirkara

Trasport bla ħlas bejn iċ-ċentri tas-saħħa tal-Mosta u Birkirkara

Il-Ministeru tas-Saħħa għandu l-pjaċir jinfurma lill-pubbliku li sejjer ikun hemm servizz ta’ transport bla ħlas bejn iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta u iċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara.  Dan is-servizz huwa maħsub sabiex klijenti mill-Mosta li għandhom problema sabiex jaslu saċ-Centru tas-Saħħa ta’ Birkirkara ikunu moqdija aħjar.  Is-servizz sejjer jibda minn nhar it-Tnejn 26 ta’ Novembru u sejjer jopera mit-Tnejn sas-Sibt fil-ħinijiet li ġejjin:

Tluq miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta
Tluq miċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara
6.30 am
7.30 am
8.30 am
9.30 am
10.30 am
11.30 am
12.30 pm
2.30 pm


Ghal aktar informazzjoni wieħed għandu jċempel fuq in-numri tat-telefon taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara li huma 21494960, 21494961, jew 21494962.    

Dental Public Health Conference - Speech by Minister Cassar

Speech by the Hon Joe Cassar, Minister for Health, the Elderly and Community Care at the Dental Public Health Unit’s annual dental conference, Smile for Health XIV.  The Conference is open to all dental surgeons, dental hygienists, dental technologists and dental assistants.


Colleagues, Good Morning, 

Thank you for inviting me to address this conference today.

I promptly welcomed the opportunity to address this conference regarding oral health because oral health is one aspect of health which needs to be given central importance and perhaps, more prominence, in our country plans, strategies and investment and resources allocation.

Advances in the field of dental health in our country have been significant in the last couple of decades.  Amongst other developments, the establishment of the Dental Public Health Unit, which was launched in September 2011, was a major milestone in our quest to address the challenges of oral health in our population. 

The overarching aim of this unit is of course to promote oral health, and to integrate oral health into the wider public health agenda and to put oral health on the agenda of all national health policies. I trust that the unit is well on track towards reaching this aim.

Oral Health is more than just good teeth. I need not explain this…the audience here surely comprises many professionals and students from the field of dentistry!

Oral health is a determinant factor for quality of life. Good Oral health is essential for well being - It is an integral part of general health.

Against the backdrop of these facts, evidence pertaining to the high prevalence of dental caries across children in most European countries, and the simultaneous rising costs of dental care is seriously worrying.

Oral health can therefore no longer be seen as a stand alone domain but should be seen as part of general health policy.  This is what government, steered by myself as Minister of Health is committed to.

We know that we have to address the major oral health challenges of children and adolescents, of busy adults leading rushed lives, of the increasing elderly members of our society and of the populations with special needs the list goes on we need to address the challenges of all differently but equally!

Oral health inequalities need to be leveled out as promptly and as efficiently as can be, if we are to keep on track towards enhancing the health of the nation. This is what we are all working towards.

In order to ensure that all citizens can have healthier smiles in the future we need to keep working together - government ,NGOs and the private sector, aw well as all members of the public.
 
I am aware that a lot of initiative is being chanelled towards the oral health of our nation.  During the last scholastic year the Dental Public Health Unit organized a school-based dental awareness programme, ‘A Healthy Smile for a Healthy Body’. In view of the European Year of Active Aging, the unit sought to actively promote dental health in older adults through informative leaflets .

Such activity is positive, and indeed encouraging.  We need to pursue   our effort and work toward optimal oral health.  I augur that today’s conference will contribute further towards this goal. I am confident in the continued contribution and co-operation of all.


Thank you

Tuesday, 20 November 2012

Attivita sportiva għal-Familja kollha nhar il-Ħadd li ġej

Nhar il-Ħadd li ġej ser issir attivita sportiva għal-familja kollha f’kumpless sportiv f’Ta Qali.  L-attivita, organizzata mill-Ministeru għas-Saħħa, għandha l-iskop li tħajjar lill pubbliku in ġenerali sabiex isib bilanċ bejn il-ħajja ta kuljum u l-attivita fiżika, partikolarment fi żmien il-festi, li matulhu jiżdied il-konsum ta ħelu.

Il-Ministru Joe Cassar qal li l-Ministeru ħass il-bżonn li jorganiżża attivita simili sabiex kulħadd jirrealizza li tista tagħmel bidla kbira f’ħajtek permezz ta eżerċizzju varjat.  Hu qal li llum hawn aktar ċentri sportivi u aktar possibilitajiet sabiex wieħed iżomm ruħu attiv.  Filwaqt lid an imur id f’id mal-istrateġija nazzjonali dwar l-obeżita, dan jipprovdi wkoll l-opportunita ta eżerċizzju lill persuni ta etajiet differentti.

 Il-Ministru qal ukoll li din l-attivita` qed ssir ukoll viċin l-iStrina tista tiġi użata bħala warming-up­ għall-dawk kollha li se jieħdu sehem fil-Presidents Charity Fun Run li ser issir ġimgha wara din l-attivita`. Il-Ministru Cassar qal li din hi okkażjoni li tgħamel sessjoni ta training flimkien ma professjonisti li jwasslulek pariri dwar kif tagħmel l-aħjar użu mit-taħriġ. 

Fil-fatt ildiversi professjonisti sportivi u dawk tas-saħħa se jkunu fiċ-ċentru sportiv f’Ta Qali għall matul l-attivita.   
 
Dr Charmaine Gauci, Direttur tad-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard saħħqet dwar l-importanza ta’ dawn it-tip ta’ sessjonijiet. Hi qalet ukoll li matul l-attivita se jkun hemm sessjonijiet tal-Aerobics, Zumba Atomic, Spinning u oħrajn.  Fl-istess waqt se jkun hemm ukoll servizzi tas-saħħa bħal dak tal-BMI , pressjoni u zokkor kif ukoll nutrionists.  

L-attivita, li qed issir b’risq l-iStrina, ser issir fit-Ta Qali Health and Fitness Centre nhar il-Ħadd li ġej bejn is-sagħtejn u l-ħamsa ta wara nofsinhar. Minħabba il-kassijiet varji li ser isisru ikun aħjar li jsir booking minn qabel fuq 23266000, minn fejn wieħed jista jikseb ukoll aktar informazzjoni.


Wednesday, 14 November 2012

Bi pjaċir inħabbar uffiċċjalment il-kandidatura tiegħi

Bi pjaċir inħabbar uffiċċjalment il-kandidatura tiegħi għall-Elezzjoni Ġenerali f’isem il-Partit Nazzjonalista għad-distretti 7 (L-Imdina, Ħaż-Żebbuġ, Ħad-Dingli, L-Imġarr, L-Imtarfa, Ir-Rabat) u 11 (Ħ’Attard, Ħal Balzan, Il-Mosta). Mill ġdid inwiegħed l-impenn tiegħi biex il-poplu tagħna ikompli igawdi mill-benefiċċji tal-politika serja li joffri il-Partit Nazzjonalista.
 
 

Ikompli jitnaqqas il-waiting time għal-pazjenti bid-dijabete

World Diabetes Day 2012

Ikompli jitnaqqas il-waiting time għal-pazjenti bid-dijabete

Waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fl-okkażjoni tal-Jum Dinji dwar id-Dijabete, Profs Stephen Fava qal li permezz ta  Diabetes Shared Care Programme il-pazjent illum qiegħed jinqeda ħafna aħjar u aktar malajr minn qabel.  Prof Fava spjega li permezz ta dan il-programm, wara li pazjent ikun iltaqgħa mall-konsulent u jkun ġie kkonfermat li għandu d-dijabete, il-pazjent jirċievi kura għal-kundizzjoni tiegħu fil-komunita. 



Il-Vantaġġ prinċipali ta dan il-programm hu l-fatt li l-pazjent qiegħed jingħata servizz aktar personali direttament fil-komunita tiegħu.  Barra min hekk qed tingħata kura aktar ħolistika hekk kif qiegħed isir screening taċ-ċirkolazzjoni fis-saqajn u anke fl-għajnejn.  Il-Pazjenti qed jingħataw ukoll appuntament annwali ma speċjalista sabiex ikun żgurat li il-kundizzjoni qed tinżamm taħt kontroll matul is-sena.

Dr Mario Grixti qal li din is-sena wkoll Malta ħadet sehem f’inizjattiva internazzjonali imsejħa il-Blue Monument Challenge – u matul il-lejl li għadda il-Berġa ta Kastilja inxtegħelet blue.  Il-Kulur blue huwa sinonimu ma dan il-jum, u din il-kampanja tal-blue momument hija immirata biex toħloq aktar interess f’kundizzjoni.   Dr Grixti rringrazzja lill organizzazzjonijiet diversi li ingħaqdu f’kumitat wieħed biex iwasslu programm nazzjonali ta blood glucose monitoring matul dawn il jiem.  Nirringrazzjhom tax-xoghol kollhu li ghamlu biex niksbu iktar gharfien fuq id-dijabete.

Il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita Dr Joe Cassar irringrazzja lill ġurnalisti u producers għal-fatt li pratikament kull gazzetta u kull stazzjon (kemm radio u television) u anke l-online media, qed jgħatu attenzjoni lill dan il-jum dinji dwar id-dijabete. Hu qal li dan huwa importanti għal fatt li permezz ta artikli u diskussjonijiet qed jitwasslu żewġ messaġġi importanti ħafna – dak li kulħadd għandu jiċċekkja il-livell taz-zokkor fid demm ta spiss u wkoll il-fatt li bid-dijabete tista tgħix ħajja normali.

Joe Cassar qal li l-impenn irid jittieħed minn-kulħadd.  Il-lifestyle tal-individwu tiddependi l-ewwelnett mill-individwu nnifsu imma anke minn dawk ta madwaru.  “Qed nitkellmu dwar x’nieklu, kemm id-dar u anke meta nkunu x-xogħol, u anke kif ngħixu il-ħajja ta kuljum tagħna.  Huwa importanti ħafna, li nagħmlu check up regolari ta saħħitna.  Ejja ma nistennewx xi kampanja biex niċċekkjaw il-livell taz-zokkor.  Jaf għandek id-dijabete u ma tafx.   Għalekk huwa importanti li lkoll kemm aħna nieħdu ħsieb li niċċekkjaw, u nħeġġu lill dawk ta madwarna jagħmlu l-istess.  Hekk biss nistgħu nevitaw kumplikazzjonijiet aktar il-quddiem matul ħajjitna” qal Joe Cassar.  Il-Ministru temm jgħid li il-fatt li llum għandna grupp ta professjonisti li huma mħarrġa speċifikament fuq dan il-qasam qiegħed jirriżulta f’kura aħjar. 

Aktar tard il-Ministru Cassar għamel żjara fi spiżerija li qed tipparteċipa f’kampanja organizzata mill Kamra tal-Ispiżjara ta’ Malta bill-kollaborazzjoni tal Malta Diabetes Association.  Matul il-kampanja il-pubbliku in ġenerali ġie mħeġġe jiċċekkja l-livell taz-zokkor fid-demm filwaqt li jagħti donazzjoni b’risq il-Malta Community Chest Fund.  Il-Ministru rringrazzja lill professjonisti tas-saħħa kollha li huma involuti fil-ġlieda kontra d-dijabete u faħħar il-ħidma u d-dedikazzjoni tagħhom li qed tissarraf f’pazjent aktar infurmat u ppreparat li twassal għal tejbien fil-kwalita tal-ħajja tal-individwu. 

Tuesday, 13 November 2012

L-Ommijiet imħeġġa biex jagħżlu li jreddgħu lit-trabi tagħhom.

L-Ommijiet imħeġġa biex jagħżlu li jreddgħu lit-trabi tagħhom.

F’Malta, l-Ġimgħa favur it-treddiegħ se tkun ċċelebrata bejn l-10 u s-17 ta’ Novembru 2012 bit-tema ‘Ma hemm xejn aħjar mill-ħalib ta’ ommi’. Minħabba l-istil ta’ ħajja moderna u l-ħajja mgħaġġla ta’ llum, dik li kienet tradizzjoni li jreddgħu lit-tarbi, illum, kull ma jmur dejjem qiegħda terġa tiġi mħeġġa biex aktar nisa jagħżlu li jreddgħu lit-trabi.     

Dan il-messaġġ hu mmirat għal kull mara li sejra ssir omm.  Kull omm trid l-aħjar għat-tarbija tagħha u biex it-treddigħ jirnexxi  hemm bżonn tas-sapport kemm qabel it-tqala kif ukoll wara; mhux biss mill-qraba iżda ukoll mis-soċjeta’. Il-ħalib tal-omm joffri l-aħjar nutrijenti u sustanzi bbilanċjati; waqt li jinbidel skont il-bżonn fl-iżvilupp tat-tarbija! Ma hemm ebda prodott tal-ħalib ieħor li qatt jista’ joffri dan.  Huma ferm magħrufa il-benefiċċji li joffri l-ħalib tal-omm kemm għat-tarbija kif ukoll għall-omm.  It-treddigħ esklussiv fl-ewwel sitt xhur tal-ħajja tat-tarbija, filwaqt li tiżdied hu u jinbeda l-ewwel ikel addattat fil-ħajja tat-tarbija jwassal għal tnaqqis fir-rata ta’ tfal żgħar bil-piż żejjed kif ukoll tnaqqis tal-mard kroniku iktar tard fil-ħajja.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fl-iSptar Mater Dei, il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita Dr Joe qassar qal li statistika lokali dwar ir-rata ta’ treddigħ wara li omm toħroġ mill-isptar hija dik ta 56% (2010, 2011). L-istess statistika turi li 588 tarbija oħra ġew mreddgħa mhux b’mod esklussiv, iġifieri mhux permezz ta breastfeeding biss (NOIS, 2012).

Dr Cassar qal li l-għan ta’ din il-kampanja hu dak li r-rata tat-treddigħ, l-aktar dak esklussiv tiżdied f’Malta. Il-grupp ta professjonisti li huma involuti f’din il-kampanja, qed jaħdem aktar mill-qrib mas-settur privat u mal-professjonisti biex il-messaġġ ikun konsistenti filwaqt li tiżdied l-informazzjoni, l-edukazzjoni u s-servizzi li jiffavorixxu t-treddigħ f’Malta.  Din il-ħidma qed titwettaq bħala parti integrali mill-Istrateġija kontra l-Obeżita’ ta’ Malta.  B’hekk aktar ommijiet jitħeġġu fl-għażla tagħhom favur li jreddgħu t-trabi tagħhom.

Il-Ministru ħabbar ukoll li l-iSptar Mater Dei uffiċċjalment approva Politika li se ser isservi bħala bażi sabiex l-isptar jiġi akkreditat mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa bħala Sptar ‘Baby-Friendly’. Din il-politika tinkludi diversi miżuri fosthom pariri u sapport lil ommijiet favur it-treddiegħ, kif ukoll miżuri sabiex jiġu evitati metodi oħra li jfixklu l-proċess tat-treddigħ.

L-iSptar Mater Dei flimkien mad-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard, il-Parencraft u l-Breastfeeding Walk-in clinic inħolqu diversi inizzjattivi għal użu tal-pubbliku bħal:

  • Fuljetti għall-ommijiet b’informazzjoni utli biex tkun tista’ treddgħa sew.
·        Servizz bla ħlas dwar it-treddiegħ u programmi għan-nanniet fi ħdan is-Servizz tal-Parentcraft ġewwa l-Isptar Mater Dei.
·        Kampanji promozzjonali ta’ kull sena f’diversi programmi lokali (radju u televiżjoni) favur it-treddigħ bl-aħħar pariri dwar it-treddigħ u l-introduzzjoni adekwata tal-ewwel ikel minn nies professjonali.
·        Riklami l-karozzi tal-linja.
·        Seminar li ser isir nhar s-17 ta’ Novembru fil-Lukanda Le’ Meridien f’San {iljan.

Għaldaqstant kull mara tqila hi mħeġġa li tattendi il-programmi edukattivi relatati mat-treddigħ.  Aktar informazzjoni u kopji ta’ fuljetti dwar it-treddigħ u l-introduzzjoni tal-ewwel ikel għat-trabi jistgħu jinkisbu mid-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard kif ukoll mill-Parencraft u mill- Breastfeeding -Walk in clinic.


Friday, 9 November 2012

Imniedi l-programm dwar il-Jum Dinji tad-Dijabete

Imniedi l-programm dwar il-Jum Dinji tad-Dijabete

Il-Klinika tad-diabete fl-iSptar Mater Dei klassifikata bħala Ċentru ta Eċċellenza mill Johns Hopkins University

Il-Ġimgħa d-dieħla, nhar L-Erbgħa 14 ta’ Novembru, id-Dinja se tfakkar il-Jum Dinji Dwar id-Dijabete.   Waqt konferenza tal-aħbarijiet fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta Ħal-Qormi, il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita Joe Cassar qal li dwar id-dijabete il-messaġġ għandu jkun wieħed ċar – dak li kulħadd jiċċekkja il-livell taz-zokkor fid-demm fuq bażi regolari. Hu qal li bħall ma jiġri kull sena, Id-Dipartiment tal-Kura Primarja ħataf l-okkażjoni biex  jorganizza programm bis-sehem ta diversi entitajiet sabiex il-pubbliku ikunu jista jiċċekka l-livell taz-zokkor fid-demm b’xejn f’diversi lokalitajiet.

Il-Ministru Cassar qal li huwa importanti li kulħadd jagħraf li għandna prevalenza għolja ta dijabete f’pajjiżna u li dan ifisser ukoll li jista jkun li hawn min għandu d-dijabete u ma jafx. Id-dijabete hija kundizzjoni li jekk ma tkunx kontrollata taffettwa l-organi kollha tal-ġisem u allura il-kumplikazzjonijiet li ġġib magħha jafu jkunu aktar gravi minn dawk ta kundizzjonijiet kroniċi oħra.  Dr Cassar qal li wieħed ikollu id-dijabete mhix l-aħħar tad-dinja.  Illum għandna mezzi biex niċċekkjaw ta spiss il-livell taz-zokkor, filwaqt li dieta tajba għal saħħtek tevita li jkollok problemi aktar il quddiem. Tħabbar ukoll li pajjiżna se jipparteċipa wkoll f’dik li tissejjaħ il-Blue Monument initiative, fejn il-maġġoranza tal-pajjiżi madwar id-dinja jixgħelu monumenti jew binjiet storiċi bil-kulur blue sabiex jitqanqal aktar interess dwar id-dijabete.

Joe Cassar irringrazzja lill  organizzazzjonijiet diversi li ingħaqdu f’kumitat wieħed biex iwasslu programm nazzjonali ta blood glucose monitoring u informazzjoni matul dawn il-jiem li ġejjijn.

Is-Sur Edward Borg, Kap Eżekuttiv tad-Dipartiment tal-Kura Primarja spjega kif bis-saħħa ta teamwork bejn professjonisti varji, il-pubbliku qiegħed jiġi offrut servizzi effettivi permezz ta shared care programme, li jiġbor fiħ numru team multixxiplinarju imħarreġ speċifikament f’dan il-qasam.  Hu qal li dan  qiegħed jirriżulta f’kura aktar aċċessibbli u finalment fi kwalita ta ħajja aħjar għall-pazjenti.  Is-Sur Borg appella biex kull min juża s-servizzi jużhom b’respnsabbilita u f’każ li jiddeċiedi li ma jmurx għal appuntament, javża lill klinika relatata sabiex dak il-ħin jintuża għall-persuni oħra.Hu appella wkoll biex kull min jagħmel użu mis-servizzi tal-kura primarja jieħu miegħu il-karta tal-indentita.

Il-Professur Stephen Fava ħabbar li l-Klinika tad-Dijabete tal-iSptar Mater Dei ġiet klassifikata bħala Ċentru ta Eċċellenza mill Johns Hopkins University.  Prof Fava qal li huwa importanti ħafna li nifmu li l-prevenzjoni hi l-aqwa arma li għandna sabiex niġġieldu d-dijabete.  Hu qal ikoll li  30% ta dawk li jieħdu s-servizzi tal-klinika huma klassifikati bħala persuni li għandhom piż żzejjed, filwaqt li 57% huma obeżi.