Tuesday, 20 November 2012

Attivita sportiva għal-Familja kollha nhar il-Ħadd li ġej

Nhar il-Ħadd li ġej ser issir attivita sportiva għal-familja kollha f’kumpless sportiv f’Ta Qali.  L-attivita, organizzata mill-Ministeru għas-Saħħa, għandha l-iskop li tħajjar lill pubbliku in ġenerali sabiex isib bilanċ bejn il-ħajja ta kuljum u l-attivita fiżika, partikolarment fi żmien il-festi, li matulhu jiżdied il-konsum ta ħelu.

Il-Ministru Joe Cassar qal li l-Ministeru ħass il-bżonn li jorganiżża attivita simili sabiex kulħadd jirrealizza li tista tagħmel bidla kbira f’ħajtek permezz ta eżerċizzju varjat.  Hu qal li llum hawn aktar ċentri sportivi u aktar possibilitajiet sabiex wieħed iżomm ruħu attiv.  Filwaqt lid an imur id f’id mal-istrateġija nazzjonali dwar l-obeżita, dan jipprovdi wkoll l-opportunita ta eżerċizzju lill persuni ta etajiet differentti.

 Il-Ministru qal ukoll li din l-attivita` qed ssir ukoll viċin l-iStrina tista tiġi użata bħala warming-up­ għall-dawk kollha li se jieħdu sehem fil-Presidents Charity Fun Run li ser issir ġimgha wara din l-attivita`. Il-Ministru Cassar qal li din hi okkażjoni li tgħamel sessjoni ta training flimkien ma professjonisti li jwasslulek pariri dwar kif tagħmel l-aħjar użu mit-taħriġ. 

Fil-fatt ildiversi professjonisti sportivi u dawk tas-saħħa se jkunu fiċ-ċentru sportiv f’Ta Qali għall matul l-attivita.   
 
Dr Charmaine Gauci, Direttur tad-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard saħħqet dwar l-importanza ta’ dawn it-tip ta’ sessjonijiet. Hi qalet ukoll li matul l-attivita se jkun hemm sessjonijiet tal-Aerobics, Zumba Atomic, Spinning u oħrajn.  Fl-istess waqt se jkun hemm ukoll servizzi tas-saħħa bħal dak tal-BMI , pressjoni u zokkor kif ukoll nutrionists.  

L-attivita, li qed issir b’risq l-iStrina, ser issir fit-Ta Qali Health and Fitness Centre nhar il-Ħadd li ġej bejn is-sagħtejn u l-ħamsa ta wara nofsinhar. Minħabba il-kassijiet varji li ser isisru ikun aħjar li jsir booking minn qabel fuq 23266000, minn fejn wieħed jista jikseb ukoll aktar informazzjoni.


No comments:

Post a Comment