Imniedi l-programm dwar il-Jum Dinji tad-Dijabete
Il-Klinika tad-diabete fl-iSptar Mater Dei klassifikata bħala Ċentru ta Eċċellenza mill Johns Hopkins University
Il-Ġimgħa d-dieħla, nhar L-Erbgħa 14 ta’ Novembru, id-Dinja se tfakkar il-Jum Dinji Dwar id-Dijabete. Waqt konferenza tal-aħbarijiet fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta Ħal-Qormi, il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita Joe Cassar qal li dwar id-dijabete il-messaġġ għandu jkun wieħed ċar – dak li kulħadd jiċċekkja il-livell taz-zokkor fid-demm fuq bażi regolari. Hu qal li bħall ma jiġri kull sena, Id-Dipartiment tal-Kura Primarja ħataf l-okkażjoni biex jorganizza programm bis-sehem ta diversi entitajiet sabiex il-pubbliku ikunu jista jiċċekka l-livell taz-zokkor fid-demm b’xejn f’diversi lokalitajiet.

Is-Sur Edward Borg, Kap Eżekuttiv tad-Dipartiment tal-Kura Primarja spjega kif bis-saħħa ta teamwork bejn professjonisti varji, il-pubbliku qiegħed jiġi offrut servizzi effettivi permezz ta shared care programme, li jiġbor fiħ numru team multixxiplinarju imħarreġ speċifikament f’dan il-qasam. Hu qal li dan qiegħed jirriżulta f’kura aktar aċċessibbli u finalment fi kwalita ta ħajja aħjar għall-pazjenti. Is-Sur Borg appella biex kull min juża s-servizzi jużhom b’respnsabbilita u f’każ li jiddeċiedi li ma jmurx għal appuntament, javża lill klinika relatata sabiex dak il-ħin jintuża għall-persuni oħra.Hu appella wkoll biex kull min jagħmel użu mis-servizzi tal-kura primarja jieħu miegħu il-karta tal-indentita.
Il-Professur Stephen Fava ħabbar li l-Klinika tad-Dijabete tal-iSptar Mater Dei ġiet klassifikata bħala Ċentru ta Eċċellenza mill Johns Hopkins University. Prof Fava qal li huwa importanti ħafna li nifmu li l-prevenzjoni hi l-aqwa arma li għandna sabiex niġġieldu d-dijabete. Hu qal ikoll li 30% ta dawk li jieħdu s-servizzi tal-klinika huma klassifikati bħala persuni li għandhom piż żzejjed, filwaqt li 57% huma obeżi.
No comments:
Post a Comment