L-Ommijiet imħeġġa biex jagħżlu li jreddgħu lit-trabi tagħhom.
F’Malta, l-Ġimgħa favur it-treddiegħ se tkun ċċelebrata bejn l-10 u s-17 ta’ Novembru 2012 bit-tema ‘Ma hemm xejn aħjar mill-ħalib ta’ ommi’. Minħabba l-istil ta’ ħajja moderna u l-ħajja mgħaġġla ta’ llum, dik li kienet tradizzjoni li jreddgħu lit-tarbi, illum, kull ma jmur dejjem qiegħda terġa tiġi mħeġġa biex aktar nisa jagħżlu li jreddgħu lit-trabi.
Dan il-messaġġ hu mmirat għal kull mara li sejra ssir omm. Kull omm trid l-aħjar għat-tarbija tagħha u biex it-treddigħ jirnexxi hemm bżonn tas-sapport kemm qabel it-tqala kif ukoll wara; mhux biss mill-qraba iżda ukoll mis-soċjeta’. Il-ħalib tal-omm joffri l-aħjar nutrijenti u sustanzi bbilanċjati; waqt li jinbidel skont il-bżonn fl-iżvilupp tat-tarbija! Ma hemm ebda prodott tal-ħalib ieħor li qatt jista’ joffri dan. Huma ferm magħrufa il-benefiċċji li joffri l-ħalib tal-omm kemm għat-tarbija kif ukoll għall-omm. It-treddigħ esklussiv fl-ewwel sitt xhur tal-ħajja tat-tarbija, filwaqt li tiżdied hu u jinbeda l-ewwel ikel addattat fil-ħajja tat-tarbija jwassal għal tnaqqis fir-rata ta’ tfal żgħar bil-piż żejjed kif ukoll tnaqqis tal-mard kroniku iktar tard fil-ħajja.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fl-iSptar Mater Dei, il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita Dr Joe qassar qal li statistika lokali dwar ir-rata ta’ treddigħ wara li omm toħroġ mill-isptar hija dik ta 56% (2010, 2011). L-istess statistika turi li 588 tarbija oħra ġew mreddgħa mhux b’mod esklussiv, iġifieri mhux permezz ta breastfeeding biss (NOIS, 2012).
Dr Cassar qal li l-għan ta’ din il-kampanja hu dak li r-rata tat-treddigħ, l-aktar dak esklussiv tiżdied f’Malta. Il-grupp ta professjonisti li huma involuti f’din il-kampanja, qed jaħdem aktar mill-qrib mas-settur privat u mal-professjonisti biex il-messaġġ ikun konsistenti filwaqt li tiżdied l-informazzjoni, l-edukazzjoni u s-servizzi li jiffavorixxu t-treddigħ f’Malta. Din il-ħidma qed titwettaq bħala parti integrali mill-Istrateġija kontra l-Obeżita’ ta’ Malta. B’hekk aktar ommijiet jitħeġġu fl-għażla tagħhom favur li jreddgħu t-trabi tagħhom.
Il-Ministru ħabbar ukoll li l-iSptar Mater Dei uffiċċjalment approva Politika li se ser isservi bħala bażi sabiex l-isptar jiġi akkreditat mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa bħala Sptar ‘Baby-Friendly’. Din il-politika tinkludi diversi miżuri fosthom pariri u sapport lil ommijiet favur it-treddiegħ, kif ukoll miżuri sabiex jiġu evitati metodi oħra li jfixklu l-proċess tat-treddigħ.
L-iSptar Mater Dei flimkien mad-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard, il-Parencraft u l-Breastfeeding Walk-in clinic inħolqu diversi inizzjattivi għal użu tal-pubbliku bħal:
- Fuljetti għall-ommijiet b’informazzjoni utli biex tkun tista’ treddgħa sew.
· Servizz bla ħlas dwar it-treddiegħ u programmi għan-nanniet fi ħdan is-Servizz tal-Parentcraft ġewwa l-Isptar Mater Dei.
· Kampanji promozzjonali ta’ kull sena f’diversi programmi lokali (radju u televiżjoni) favur it-treddigħ bl-aħħar pariri dwar it-treddigħ u l-introduzzjoni adekwata tal-ewwel ikel minn nies professjonali.
· Riklami l-karozzi tal-linja.
· Seminar li ser isir nhar s-17 ta’ Novembru fil-Lukanda Le’ Meridien f’San {iljan.
Għaldaqstant kull mara tqila hi mħeġġa li tattendi il-programmi edukattivi relatati mat-treddigħ. Aktar informazzjoni u kopji ta’ fuljetti dwar it-treddigħ u l-introduzzjoni tal-ewwel ikel għat-trabi jistgħu jinkisbu mid-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard kif ukoll mill-Parencraft u mill- Breastfeeding -Walk in clinic.
No comments:
Post a Comment