Wednesday 28 November 2012

Trasport bla ħlas bejn iċ-ċentri tas-saħħa tal-Mosta u Birkirkara

Trasport bla ħlas bejn iċ-ċentri tas-saħħa tal-Mosta u Birkirkara

Il-Ministeru tas-Saħħa għandu l-pjaċir jinfurma lill-pubbliku li sejjer ikun hemm servizz ta’ transport bla ħlas bejn iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta u iċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara.  Dan is-servizz huwa maħsub sabiex klijenti mill-Mosta li għandhom problema sabiex jaslu saċ-Centru tas-Saħħa ta’ Birkirkara ikunu moqdija aħjar.  Is-servizz sejjer jibda minn nhar it-Tnejn 26 ta’ Novembru u sejjer jopera mit-Tnejn sas-Sibt fil-ħinijiet li ġejjin:

Tluq miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta
Tluq miċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara
6.30 am
7.30 am
8.30 am
9.30 am
10.30 am
11.30 am
12.30 pm
2.30 pm


Ghal aktar informazzjoni wieħed għandu jċempel fuq in-numri tat-telefon taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara li huma 21494960, 21494961, jew 21494962.    

No comments:

Post a Comment