World Diabetes Day 2012
Ikompli jitnaqqas il-waiting time għal-pazjenti bid-dijabete
Waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fl-okkażjoni tal-Jum Dinji dwar id-Dijabete, Profs Stephen Fava qal li permezz ta Diabetes Shared Care Programme il-pazjent illum qiegħed jinqeda ħafna aħjar u aktar malajr minn qabel. Prof Fava spjega li permezz ta dan il-programm, wara li pazjent ikun iltaqgħa mall-konsulent u jkun ġie kkonfermat li għandu d-dijabete, il-pazjent jirċievi kura għal-kundizzjoni tiegħu fil-komunita.
Il-Vantaġġ prinċipali ta dan il-programm hu l-fatt li l-pazjent qiegħed jingħata servizz aktar personali direttament fil-komunita tiegħu. Barra min hekk qed tingħata kura aktar ħolistika hekk kif qiegħed isir screening taċ-ċirkolazzjoni fis-saqajn u anke fl-għajnejn. Il-Pazjenti qed jingħataw ukoll appuntament annwali ma speċjalista sabiex ikun żgurat li il-kundizzjoni qed tinżamm taħt kontroll matul is-sena.
Dr Mario Grixti qal li din is-sena wkoll Malta ħadet sehem f’inizjattiva internazzjonali imsejħa il-Blue Monument Challenge – u matul il-lejl li għadda il-Berġa ta Kastilja inxtegħelet blue. Il-Kulur blue huwa sinonimu ma dan il-jum, u din il-kampanja tal-blue momument hija immirata biex toħloq aktar interess f’kundizzjoni. Dr Grixti rringrazzja lill organizzazzjonijiet diversi li ingħaqdu f’kumitat wieħed biex iwasslu programm nazzjonali ta blood glucose monitoring matul dawn il jiem. Nirringrazzjhom tax-xoghol kollhu li ghamlu biex niksbu iktar gharfien fuq id-dijabete.
Il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita Dr Joe Cassar irringrazzja lill ġurnalisti u producers għal-fatt li pratikament kull gazzetta u kull stazzjon (kemm radio u television) u anke l-online media, qed jgħatu attenzjoni lill dan il-jum dinji dwar id-dijabete. Hu qal li dan huwa importanti għal fatt li permezz ta artikli u diskussjonijiet qed jitwasslu żewġ messaġġi importanti ħafna – dak li kulħadd għandu jiċċekkja il-livell taz-zokkor fid demm ta spiss u wkoll il-fatt li bid-dijabete tista tgħix ħajja normali.
Aktar tard il-Ministru Cassar għamel żjara fi spiżerija li qed tipparteċipa f’kampanja organizzata mill Kamra tal-Ispiżjara ta’ Malta bill-kollaborazzjoni tal Malta Diabetes Association. Matul il-kampanja il-pubbliku in ġenerali ġie mħeġġe jiċċekkja l-livell taz-zokkor fid-demm filwaqt li jagħti donazzjoni b’risq il-Malta Community Chest Fund. Il-Ministru rringrazzja lill professjonisti tas-saħħa kollha li huma involuti fil-ġlieda kontra d-dijabete u faħħar il-ħidma u d-dedikazzjoni tagħhom li qed tissarraf f’pazjent aktar infurmat u ppreparat li twassal għal tejbien fil-kwalita tal-ħajja tal-individwu.
No comments:
Post a Comment