Tuesday, 24 April 2012

Ħidma mid-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard

L-Inizjattiva li tiffavorixxi t-Treddigħ - Il-Ġimgħa favur it-Treddigħ tinżamm kull sena b’kollaborazzjoni mal-Isptar Mater Dei.  Minbarra li titqajjem kuxjenza fost l-ommijiet, l-inizjattiva għandha l-għan li tipproġetta kultura favur it-treddigħ, inkluż il-ħidma sabiex postijiet tax-xogħol u dawk pubbliċi jsiru ‘baby-friendly’; kif ukoll sabiex is-sistemi soċjali jipprovdu aktar sapport u għajnuna fir-rigward tat-treddigħ.

Klabbs għall-Ommijiet u t-Trabi - Il-Unit għall-Promozzjoni tas-Saħħa fi ħdan id-Direttorat imsemmi qed taħdem fuq inizjattiva b’kollaborazzjoni mal-Klabbs tal-Moviment ta’ Kana għall-Ommijiet u t-Trabi fejn isiru taħdidiet lill-ommijiet dwar il-ftim u dieta tajba għat-tfal tagħhom.

No comments:

Post a Comment