Wednesday, 4 April 2012

Pjan nazzjonali dwar il-kanċer

Pjan nazzjonali dwar il-kanċer

Dan huwa il-Linear Accelerator gdid fl-isptar Sir Paul Boffa
Is-sena li għaddiet ippubblikajna l-ewwel pjan nazzjonali dwar il-kanċer li qatt kellu pajjiżna.  Persważ li l-maġġoranza tan-nies ma tarax l-importanza ta’ pjan bħal dan.  Fil-fatt, huwa grazzi għall pjan simili li l-Gvern ikun jista jippjana it-triq għal-futur.  Dan il-pjan sar wara studju ta dak li qiegħed iseħħ, u dak li probabilment se jseħħ fis-snin li ġejjijn.  U allura, sabiex pajjiżna ikun f’pożizzjoni li joffri s-servizzi li jkun hemm bżonn, ħloqna dan il-pjan nazzjonali.

Il-pjan għandu medda ta ħames snin - mill-2011 sal-2015 u li għaliħ il-Gvern ikkommetta vot ġdid ta miljun u mitejn elf ewro (1,200,000).  L-għan prinċipali hu dak li nqegħdu l-pazjenti li jbagħtu mill-kanċer, u lill familji tagħhom, fiċ-ċentru tas-sistema tas-saħħa tagħna.  Irridu nipprevjenu dawk il-kanċers li nistgħu nindividwaw minn kmieni u fl-istess ħin noħolqu kultura ta prevenzjoni.

Il-pjan għandu ukoll l-iskop li jnaqqas l-inċidenza tal-kanċer fost il-poplu tagħna u li jtawwal l-għixien ta dawk li jkunu milquta permezz ta kura effettiva.

No comments:

Post a Comment