Sunday, 22 April 2012

Kompla jitnaqqas iż-żmien ta’ stennija għall-operazzjonijiet

Is-Sena li għaddiet kienet waħda li fiha implimentajna il-miżuri kollha li xtaqna indaħħlu sabiex inżidu in-numru ta operazzjonijiet li kienu qed isiru sabiex fl-istess ħin innaqqsu ż-żmien ta stennija. F’sena fl-isptar Mater Dei saru 43,747 operazzjoni tul is-sena kollha inklużi Sibtijiet, Ħdud u festi.  Dan kien żieda ta’ 1,952 operazzjoni fuq is-sena 2010 u żieda ta 11,000 operazzjoni fuq l-aħħar sena tal-iSptar San Luqa. 

Filwaqt li dan kien riżultat tajjeb għidt mill-ewwel li kien se jkun diffiċli biex dan l-ammont jinqabeż matul din is-sena. Iżda l-fatti qed juru li grazzi għal-ħidma ta dawk kollha involuti, kemm f’Jannar u anke fi Frar kien hemm żieda sostanzjali ta operazzjonijiet.  F’Jannar saru 3,947 operazzjoni, żieda ta 302 operazzjoni fuq is-sena ta qabel.  Fi Frar saru 3,507 operazzjoni li hija żieda ta 121 operazzjoni fuq is-sena li għaddiet u żieda ta’ 837 operazzjoni fuq l-istess xahar tal-2007, l-aħħar sena tal-isptar San Luqa.

Bi sahha u l kontribut ta kulhadd ghanna nkomplu fuq din it triq ghaqlija u biezla ta zvillup u manteniment ta servizzi mil ahjar, b’xejn.

No comments:

Post a Comment