Stqarrija mill-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita
Kandidat Laburista jistenna intervista biex jallega kaz ta mewt!
Hemm sistema li t-tabib Debattista seta juża biex il-pazjenta tiġi invistata maljar
B’referenza għall-dak li ġie rrappurtat f’intervista mal-kandidat laburista Dr. Deo Debattista il-Ministeru jinnota li l-gazzetta konċernata qatt ma kkuntattjat il-Ministeru sabiex tivverifika il-fatti. U dan minkejja li li l-Ministeru ġie avviċinat għal 2 stejjer oħra mil-istess gazzetta din il-ġimgħa.
Huwa assolutament inġust li jinħoloq allarm mingħajr ma jkun hemm il-verifika tal-fatti qabel.
Il-Ministeru jappella wkoll lill Dr Debattista biex jgħaddi id-dettalji ta din il-persuna lid-Dipartiment tas-Saħħa minnufiħ sabiex l-allegat każ jiġi investigat.
Il-Pubbliku għandu jkun mgħarraf li f’każijiet fejn it-tabib tal-familja, bħal Dr Deo Debattista, ikollu suspett li l-pazjenta ikollha kundizzjoni serja, dan jista jikkuntattja lill-konsulent sabiex il-pazjenta tiġi invistata malajr, u wkoll isiru t-testijiet relatati. Dan jista jsir billi t-tabib tal-familja jagħmel kuntatt mal-customare care tal-isptar, jew billi t-tabib tal-familja jagħmel nota lill-konsultent, jew billi t-tabib tal-familja ikellem direttament lill konsulent.
Hija ħasra li t-tabib tal-familja Dr Debattista għażel li jistenna għal-intervista biex jagħmel dawn l-allegazzjonijiet.
No comments:
Post a Comment