Sunday, 30 September 2012

Aktar possibilitajiet fil-qasam tas-saħħa

Aktar possibilitajiet fil-qasam tas-saħħa
Iffirmat ftehim bejn il-Gvern Malti u dak Ċiniż dwar mediċina kumplimentari u alternattiva
Waqt laqgħa li saret bejn il- Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita Dr Joe Cassar u l-Ministru għas-Saħħa taċ-Ċina, Prof Chen Zhu, ġie ffirmat ftehim ta kollaborazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi dwar mediċina kumplimentari u alternattiva.

Waqt id-diskussjonijiet ġew diskussi aspetti ta kif iċ-Ċentru Reġjonali tal-Mediterran dwar il-kura tradizzjonali  Ċiniża, li jinsab f’Kordin, jista jwessa id-dimensjoni tiegħu sabiex jiżviluppa firxa aktar wiesa ta servizzi u jipprovdi taħriġ kemm lill-professjonisti Maltin u wkoll dawk barranin. Il-Gvern Ċiniż qabel ma din il-proposta li kienet ġiet imressqa mil-Ministru Cassar u offra kull għajnuna biex dan iseħħ.
Matul din iż-żjara ġie ffirmat ftehim ta kooperazzjoni bejn iż-żewġ ministeri bl-iskop li :
1.       Titkompla u tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi sabiex jitmexxa iċ-Ċentru Reġjonali tal-Mediterran dwar il Kura Tradizzjonali Ċiniża, u jipprovdi servizz kemm għal pazjenti Maltin kif ukoll dawk barranin
2.       Professjonisti Ċiniżi li huma kkwalifikati fil-Kura Tradizzjonali Ċiniża jipprovdu servizz f’dan iċ- ċentru
3.        Iċ-ċentru jipprovdi taħriġ lill professjonisti fil-qasam tas-saħħa dwar din it-tip ta kura
4.       Iċ-Ċentru jikkolabora mal-Universita ta Malta dwar taħriġ fil-Kura Tradizzjonali Ċiniza
 F’laqgħat oħra mall-Viċi Gvernatur He Quan u uffiċċjali tal-Ministeru tas-Saħħa mill-provinċja ta Jiangsu, liema provinċja kienet responsabbli sabiex tipprovdi l-professjonisti għaċ-ċentru ta Kordin, intlaħaq qbil li jkomplu d-dikussjonijiet fuq livell tekniku sabiex iċ-Ċentru ta’ Kordin jiżviluppa f’ Ċentru Reġjonali għall Kura Tradizzjonali Ċiniża għall-Mediterran kollu.
Il-Ministru Chen Zhu ħa l-opportunita sabiex jirringrazzja lill-Gvern u l-poplu Malti għall-appoġġ u s- solidarjeta u l-għajnuna li ngħatat lill ħaddiema Ċiniżi li ġew evakwati matul il-kriżi fil-Libya filwaqt li awgura li l-kooperazzjoni bejn iż-żewg pajjiżi tkompli timmatura u titkattar fis-snin li ġejjin.
Il-Ministru Cassar esprima s-sodisfazzjon tiegħu dwar l-andament ta’ din iż-żjara u qal li dan huwa pass ieħor sabiex il-kura tas-saħħa f’Malta tiġi ddiversifikata u mtejba għal ġid tal-pazjenti.
Il-Ministru Cassar, li mexxa delegazzjoni Maltija, kellu wkoll diskussjonijiet bilaterali ma uffiċċjali tal-Ministeru għas-Saħħa Ċiniż kif ukoll żjarat fi sptarijiet f’Beijing u Nanjing.  


No comments:

Post a Comment