Rappurtaġġ qarrieqi mill-ġurnal kulħadd
Il-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura il-Komunita jikkundanna bla riżervi artiklu irresponsabbli li ġie ppublikat bi prominenza fil-ġurnal kulħadd.
Il-Ministru Cassar kategorikament jiċħad li l-Ministru qatt ippubblika ritratt li b’xi mod kien intiż li joffendi lill xi ħadd, jew lill-Dott Muscat.
Ir-rappurtaġġ qarrieqi tal-ġurnal huwa mikxuf mill-fatt li l-eluf ta persuna li jużaw il-facebook ilkoll jafu li kull min irid jista jagħmel tag ta persuna fuq kwalunkwe ritratt, u dan jidħol awtomatikament fir-ritratti tal-persuna konċernata.
Hija tassew ħasra li l-ġurnal waqqa il-ġurnaliżmu daqshekk f’livell baxx biex jattakka lill-Ministru Joe Cassar b’mod personali.
Sadattant l-istess ġurnal ħass li l-fatt li l-bieraħ il-WHO reġjun Ewropew qalet li Malta hija ta eżempju għall-pajjiżi Ewropej kollha, ma kienitx aħbar li kien jixraqilha post, imqar żgħir, f’ġurnal ta 40 paġna!
No comments:
Post a Comment