Xogħolijiet estensivi fiċ-ċentru tas-saħħa tal-Mosta
Minħabba xogħolijiet estensivi ta tisbieħ li ser isiru fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta il-pubbliku li jagħmel użu minn dan iċ-ċentru tas-saħħa huwa mgħarrraf li
1. Mit 8 ta’ Ottubru 2012, dawk in-nies li jkollhom bżonn is-servizz ta’ tabib, għandhom jirrikorru fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara.
2. Mit 8 ta’ Ottubru 2012, dawk li diġa għandhom appuntament għal xi wieħed mis-servizzi li jiġi offrut miċ-Ċentru tas-Saħħa jistgħu jżommu l-istess data u ħin tal-appuntament iżda jattendu fil-post indikat hawn taħt:
Klinika
|
Post fejn ghandhom jattendu
|
Tilqim tat-tfal
|
Centru tas-Saħħa ta’ Birkirkara
|
Dijabete
|
Centru tas-Saħħa ta’ Birkirkara
|
Konsulent Mediku
|
Centru tas-Saħħa ta’ Birkirkara
|
Konsulent tal-Għadam (Ortopedija)
|
Centru tas-Saħħa ta’ Birkirkara
|
Ġinekologija u Tqala
|
Centru tas-Saħħa ta’ Birkirkara
|
E.C.G.
|
Centru tas-Saħħa ta’ Birkirkara
|
Tat-Tfal (Well Baby Clinic)
|
Centru tas-Saħħa ta’ Birkirkara
|
Riżultati tad-Demm u E.C.G
|
Centru tas-Saħħa ta’ Birkirkara
|
Teħid tad-Demm u testijiet oħra
|
Centru tas-Saħħa ta’ Birkirkara
|
Fiżjoterapija
|
Centru tas-Saħħa ta’ Birkirkara
|
Podjatrija
|
Centru tas-Saħħa ta’ Birkirkara
|
Tal-Għajnejn (Oftalmologija)
|
Centru tas-Saħħa ta’ Birkirkara
|
Saħħa Mentali
|
Sala Parokkjali tal-Mosta, l-ewwel sular
|
Riċetti tal-mediċini
|
Uffiċċju tal-
|
Speech Language Pathology
|
Klinika tal-Gvern (Berga), Il-Għargħur
|
Is-servizz tal-X-Rays ser jibqa’ jingħata 24 siegħa kuljum miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta sakemm jinħareg avviż ieħor.
In-numri tat-telefon taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara huma 21494960, 21494961, 21494962. Il-pubbliku huwa mitlub juża dawn in-numri ghal kull bzonn li jista’ jinqala’.
Il-proġett, li qiegħed isir b’investiment ta’ nofs miljun ewro għandu l-iskop li li l-pazjent ikun jista jinqeda f’ambjent isbaħ filwaqt li l-professjonist jaħdem f’ambjent aktar komdu. Il-proġett ta tisbiħ se jippermetti wkoll żieda fis-servizzi offruti f’dan iċ-ċentru li se jinkludi wkoll operating theatre li ser jintuża għal-interventi zgħar. Ix-xogħlijiet fiċ-ċentru tas-saħħa tal-Mosta se jinkludu tisbiħ radikali tal-post, b’tibdil tas-sistemi tal-elettriku u tal-ilma kif ukoll tqassim aħjar taċ-ċentru.
Is-sena li għaddiet twasslu aktar minn 160,000 servizz minn dan iċ-ċentru, fosthom 39,000 viżta medika, 3,000 viżta fid-djar tan-nies, 10,000 servizz ta podjatrija u aktar minn 8,000 x-ray.
Il-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita u d-Dipartiment tal-Kura Primarja jirringrazzjaw lill-professjonisti u ħaddiema li ta kuljum iwasslu s-servizzi tal-kura primarja fiċ-ċentri tas-saħħa, bereġ u anke fid-djar tan nies.
No comments:
Post a Comment