Sunday, 23 December 2012

AWGURI

F’isem il-familja tiegħi nawguralek Milied ħieni mimli paċi. Dawn is-siegħat iġibu magħhom għaqda madwar id-dinja kollha. Tajjeb li llum taħseb f’min jinsab waħdu. Kultant anke sempliċi telefonata tista tagħmel id-differenza. Inselli wkoll għal-paramediċi u għal dawk kollha li dan il-lejl tal-Milied se jgħadduħ xogħol. B’mod speċjali nixtieq nistiednek biex illejla tgħid talba għal min jinsab marid u jekk hu possibbli żżur lill pazjenti tagħna fl-isptar. Awguri lill kulħadd.

Erba ambulanzi ġodda għall-iSptar Mater Dei

Erba ambulanzi ġodda għall-iSptar Mater Dei
Aktar kumdita għall-pazjent u l-professjonist

Hekk kif kien tħabbar aktar kmieni din is-sena, illum fl-iSptar Mater Dei ġew imwassla l-ewwel 4 ambulanzi ġodda minn total ta 11-il ambulanza.   It-tender relatat kien ġie ppublikat is-sena li għaddiet u ġie aġġudikat f’Awwissu ta din is-sena.

Il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita Joe Cassar qal li dan huwa investiment ta €2.5 miljun (inkluż il-VAT) li jinkudi wkoll ftehim dwar manutenzjoni għall ħames snin.   Hu qal li sa Frar tas-sena d-dieħla l-isptar se jollu 4 ambulanzi oħra, filwaqt li f’Jannar tas-sena ta wara se jkunu mwassla l-aħħar tlett ambulanzi.

Dr Cassar qal li l-proċess għax-xiri ta ambulanzi huwa aktar kumplikat minn xiri ta vetturi oħra minħabba li l-isptar talab diversi aċċessorji partikolari biex il-pazjent, il-paramediċi u x-xufiera ikunu jistgħu jaħdmu b’aktar kumdita għall-ġid tal-pazjent.  Għal dan il-għan, tim mill-isptar Mater Dei, li kien jikkonsisti minn Consultant Physician, Nurse, Biomedical Tehnician, u Xufier tal-ambulanzi, marru għand il-Fiat biex jispezzjonaw il-vetturi u jitolbu il-modifiki mixtieqa.

L-Ambulanzi, tat-tip Intensive Care Fiat Ducato 250.AXC.1. huma mibnija skont  l-għola standards u huma pjuttost spazjuzi.  Il-kabina  fejn ikun hemm il-pazjent hi disinjata b’mod li takkomoda pazjent fuq stretcher, pazjent fuq wheelchair u żewġ paramediċi.   Fuq quddiem jistgħu joqgħodu ix-xufier u 2 persuni.

Issa se jibda perijodu qasir ta taħriġ sabiex il-professjonisti li se jużaw l-ambulanzi jidraw is-sistemi u l-gadgets differenti li hemm fl-ambulanzi l-ġodda. 



Aktar possibilitajiet ta taħriġ speċjalizzat għat-tobba Maltin

Diskors mill-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita Hon Joe Cassar fl-okkażjoni tal-iffirmar ta’ Memorandum of Understanding bejn id- Dipartiment tas-Saħħa f’Malta u Brighton and Sussex  University Hosipitals fir-Renju Unit dwar kooperazzjoni għat-taħriġ ta’ tobba li qed jispeċjalizzaw f’diversi oqsma

Sinjuri,

Huwa ta pjaċir għalija li inħabbar ftehpm ieħor li minnu se jgawdi l-pazjent.

Dan il-ftehim li ser ikun is-sitt wiehed tax-xorta tiegħu, huwa intiż li jagħti aċċess lil tobba Maltin li bħalissa qed jispeċjalizzaw f’diversi speċjalitajiet tal-Medicina u l-Kirurgija biex ikomplu t-taħrig tagħhom għall-perjodu ta’ bejn sitt xhur u sena fir-Renju Unit.  Dan il-perjodu  ta’ tahrig barra minn Malta huwa rikjest f’numru ta’ kurrikuli f’diversi specjalitajiet.

Permezz ta’ dan il-ftehim, kull sena numru ta’ tobba Maltin ser ikunu jistgħu ikomplu jistudjaw u jaħdmu f’wieħed mill-isptarijiet ta’ Brighton and Sussex University.  Dan il-perjodu fir-Renju Unit ser ikun qed jgħinhom fl-istudji u x-xogħol tagħhom sabiex meta jiġu lura Malta ikunu ħadu esperjenza u taħriġ tal-għola livell.

Dan il-ftehim huwa wkoll turija ta’ kemm istituzzjonijiet fir-Renju Unit huma konvinti mill-livell għoli ta’ taħrig lokali għat-tobba tagħna, tant li huma lesti li jilqghu fi ħdanhom dawn it-tobba fl-iqsar żmien possibli.  Fi Brighton bħalissa hemm diġa trainee mill-Kirurgija, kif ukoll żewġ tobba mill-Ginekoloġija u anki oħrajn fil-Pedjatrija li telgħu iktar kmieni din is-sena permeżż tar-rapporti tajbin li jeżistu bejn id-Dipartiment tas-Saħħa f’Malta u din l-istituzzjoni fir-Renju Unit.

Sakemm ikunu barra minn xtutna dawn it-tobba qed ikollhom ukoll iċ-ċans li jattendu korsijiet relatati mal-ispeċjalizazzjoni anki f’Universitajiet barranin, bħal tobba oħra li ikunu qed jispeċjalizzaw fl-istess pajjiż.

Minn tliet snin ‘l hawn, kull sena numru ta’ tobba ibbenefikaw minn arranġamenti simili fosthom ma’ KU Leuven fil-Belgju, l-Universita ta’ Oxford fir-Renju Unit, Grampian fl-Iskozja, Kent u anki Northampton fir-Renju Unit, kif ukoll fiċ-Ċentru Internazzjonali ta’ ISMETT f’Palermo.

Permezz ta’ kull ftehim eżistenti u oħrajn futuri ser ikompli jogħla l-livell ta’ taħriġ għat-tobba Maltin li ikunu qed jispeċjalizzaw, billi jingħataw ċans jaħdmu u jistudjaw fuq l-ahhar żviluppi fil-Medicina u l-Kirurġija, kif ukoll fuq każijiet li mhumiex komuni f’Malti.  B’hekk ikun qed igawdi l-pazjent Malti li ser ikompli ikollu servizz ta’ saħħa u tobba speċjalizzati ta’ l-aqwa kwalita’. 

It-taħrig lokali ta’ specjalizazzjoni ser ikun qed jibbenefika wkoll minn opportunitajiet ġodda ieħor fosthom permezz ta’ videoconferencing u anki e-learning.
 
Malta tgawdi wkoll rapport tajjeb ħafna ma’ numru ta’ istituzzjonijiet barranin rinnomati f’oqsma diversi tal-edukazzjoni u formazzjoni ta’ specjalisti fosthom King’s College f’Londra fejn bhalissa hemm ukoll tobba Maltin li qed jieħdu training speċjalizzat fl-Endoskopija u oqsma oħra.

Minn dan kollu se jibbenefika il-pazjent. Nirringrazzja minn qalbi lill kull min kien involut.

Dr Joe Cassar

Tuesday, 18 December 2012

Il-pazjent igawdi minn aktar servizzi fil-komunita - Berġa ġdida fl-Ibraġġ.




Dalgħodu infetħet uffiċċjalment berġa oħra fl-Ibraġġ fil-bini ta madwar il-Knisja.  Din il-berġa ingħaqdet mal-lista ta 42 berġa oħra li d-Dipartiment tal-Kura Primarja għandu f’lokalitajiet differenti. 
Il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita Joe Cassar qal li l-Gvern għaraf mill-bidu li l-iżvilupp fil-kura primarja hija essenzjali biex tissaħħaħ, is-sistema tas-saħħa f’pajjiżna.  “Il-Politika tagħna f’dan il-qasam kienet ċara, u dan wassal għal titjib fis-servizz. Fil-fatt qed naraw żieda fl-użu tas-servizzi tal-kura primarja.  Biżżejjed ngħidu li s-sena li għaddiet ingħataw aktar minn miljun servizz (għal popolazzjoni ta inqas minn nofs miljun) mid-Dipartiment tal-Kura Primarja, li 155,000 servizz minnhom ingħataw fil-bereġ” qal il-Ministru Cassar.
Joe Cassar qal l-Kura Primarja qed tissaħħaħ b’diversi mezzi.  Hu fakkar li bħalissa għaddej xogħol estensiv ta tisbiħ fuq iċ-ċentru tas-saħħa tal-Mosta, fejn ladarba jitlesta x-xogħol se jkun hemm ukoll l-ewwel operating theatre għal operazzjonijiet żgħar li se jkunu jistgħu isiru fiċ-Ċentru tas-Saħħa.  Wasal biex jibda wkoll xogħol estensiv fuq iċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat li ser iwassal biex il-professjonist jaħdem f’ambjent aktar komdu filwaqt li l-pazjent jingħata servizz f’post aktar atrezzat.   
Qed isir ukoll  xogħol ta tisbiħ fil-Bereġ u tħabbar li issa jmiss jibdew xogħolijiet fuq il-bereġ ta Santa Luċia u Ħ’Attard.  Il-Ministru qal li sabiex il-persuni li għandhom id-downs syndrome jingħataw kura mill-istess professjonisti matul ħajjithom, infetħet Downs Syndrome clinic fiċ-ċentru tas-saħħa ta B’Kara.  Sar ukoll pass importanti hekk kif is-sistema tal-IT tal-Kura Primarja ġiet integrata ma dik tal-isptar Mater Dei. Dan ifisser inqas karti u servizz aktar malajr u effiċjenti. 
Filwaqt li rrimaraka li fadal xogfħol xi jsir, il-Ministru Cassar fakkar ukoll il-proposti li kienu saru sabiex jiġu żviluppati Regional Hubs fil-komunita li, flimkien ma numru ta kliniċi, is-servizz fil-komunita jieħu spinta l-quddiem.  Joe Cassar qal li l-iskop ewlieni hu dak li l-pazjent jinqeda f’lokalita qrib tiegħu.
Hu rringrazzja lill-Kappillan tal-Ibraġġ Fr Tony Agius li qiegħed jipprovdi il-bini fejn saret il-klinika, kif ukoll lis-Sindku tas-Swieqi is-Sur Noel Muscat.
Is-sur Muscat irringrazzja lill professonisti tas-saħħa li se jwasslu s-servizz fil-lokalita.  Hu qal li l-popolazzjoni tal-lokalita qegħdha dejjem tiżdied u għalekk din il-berġa se tkun tassew utli.  Hu qal li l-berġa eventwalment se tiċċaqqlaw biex tifforma parti miċ-ċentru ċiviku ġdid li qiegħed jinbena ftit il-bogħod mill-Knisja.


Inauguration of newly refurbished Mediterranean Regional Centre for Traditional Chinese Medicine.


Over €500,000 were invested almost entirely by the Chinese Government in an extensive refurbishment of the Mediterranean Regional Centre for Traditional Chinese Medicine in Kordin. 
 
Director General of the Department of Science and Technology , Chinas’ State of Administration of Traditional Chinese Medicine, Mrs Su, said that this is another happy moment in the healthy relationship between the two countries.  She said that this centre is providing treatment to a good number of Maltese patients by using the services of several Chinese doctors who come to Malta for two years of service.  Currently the service is being delivered by a team of four Chinese doctors.  

Dr Ray Busuttil, Superintendent for Public Health said that over the years there has been a constant improvement in the service delivered.  He also praised the current team of doctors and their predecessors for the dedication with which they deliver their services.

Minister for Health, the Elderly and Community Care, Hon Joe Cassar said that the Centre is the landmark of the co-operation between the Maltese Ministry and the Ministry of Health of the People’s Republic of China and that it highlights the good relationship that exists between these two countries.

“During my visit to China in September I was able to get first hand experience of the product of the co-operation between the two countries. I realised that although our two countries are far away from each other and our size is very different, our people shared common principles and values in the treatment and management of patients.  I could see first hand the very effective complementary co-existence of Traditional Chinese Medicine and Western Medicine in the management of a variety of clinical conditions ranging from the management and treatment of cancer patient, pain relief as well as the management of a range of psychiatric problems.  This is a resource that we have within this centre and which is probably not being adequately tapped and which could be better utilised in the management of our patients.”

Minister Cassar noted that the co-operation in the treatment of patients formed the basis of the discussions in Beijing and Nanjing in September and as well as the subject of the discussions held during a meeting at the Ministry for Health in the morning. He said that it is very opportune that we are celebrating the re-opening of the centre after refurbishment so soon after renewing our political commitment to further the co-operation between the two ministries and our commitment to the further enhance the role of Traditional Chinese Medicine in the management of our patients. 


Joe Cassar thanked the Chinese government for covering a large proportion of the expenses incurred in bringing the centre to such high standards for the benefit of our clients.  He said that this is yet another milestone in the growth of the centre.




Esperjenza ohra sabiha!




‘Ftit u Tajjeb’ - Kampanja Nazzjonali kontra l-Obeżita


In-numru ta’nies li jbatu mill-piż żejjed u l-obeżita’ qed jiżdied madwar id-dinja kollha kif ukoll f’Malta. Skond l-aħħar statistika mid-Dipartiment tas-Saħħa fl-Informattika u r-Riċerka (2008), madwar 36% tal-Maltin qalu li għandhom il-piż żejjed filwaqt li 22% oħra ddikjaraw lilhom infushom obeżi. Il-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita  Joe Cassar qal dan waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha tħabbret kampanja kontr l-obeżita bħala parti mill-istrateġija nazzjonali dwar l-obeżita.

Joe Cassar qal li minn statistika li nġabret fi studju f’ Malta fl-2010 aktar minn 40% ta’ tfal Maltin bejn 7-11 il-sena huma obeżi jew għandhom il-piż żejjed. L-Istudju Dwar l-Imġieba tat-Tfal dwar Saħħithom (HBSC 2006) wera li t-tfal Maltin ta’ 11 u 13 il-sena għandhom it-tieni l-aktar proporzjon għoli waqt li t-tfal Maltin ta’ 15 il-sena għandhom l-aktar proporzjon għoli ta’ piż żejjed u obeżita’ meta mqabbla mal-41 pajjiż parteċipanti fl-istudju. Skond l- istudju HBSC ta’2010 il-proporzjon ta’ tfal ta’11,13 u 15 il-sena li għandhom piż żejjed jew huma obeżi żdied b’1% minn 29.3% (2006) sa  30.7% (2010). Għalkemm il- proporzjon żdied u hu ukoll ferm aktar għoli mill-medju tal- HBSC internazzjonali jidher li ma żdiedx bl-istess rata bħal fis-snin ta’ qabel.
  
L-obeżita’ tista’ twassal għal ċertu tipi ta’mard, fosthom il-mard tal-qalb, id-diabete, l-pressjoni għolja u l-kanċer. Kawża ta’hekk hu stmat li d-Diviżżjoni tas –Saħħa qed tonfoq madwar 20 miljun Euro iżjed kull sena minħabba mard li jirriżulta mill-piż zejjed u l-obeżita’.

Id –Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzzjoni tal-Mard ħejja diversi inizzjattivi kontra l-obezita’ matul dawn l-aħħar snin. Din il-kampanja partikolari, bl-isem, ‘Ftit u Tajjeb’, għandha l-għan  li żżid l-għarfien fost il-pubbliku Malti dwar l-importanza tal-moderazzjoni fil-konsum  ul-għażliet tajba tal-ikel..

Dawn il-messaġġi qed jitwasslu permezz ta’kampanja li tinkludi:

  • Produzzjoni u ‘Airing’ ta’ messaġġi dwar it-tema ta’din il-kampanja kemm fuq it-televiżżjoni
  • Tqassim ta’fuljetti bla ħlas  bil-pariri kif dak li jkun jista’ jtejjeb id-drawwiet tal-ikel
  • Parteċipazzjoni fi programmi kemm fuq ir-radju u t-televiżżjoni kif ukoll f’taħdidiet fil-kommunita’ dwar dan is-suġġett

Ir-raġuni komuni li twassal għall-piż żejjed u l-obeżita’ hi minħabba żbilanċ bejn l-enerġija kkunsmata mill-ikel u l-użu ta’enerġija mill-attivita’ fiżika. Għaldaqstant, id –Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard iħeġġeġ lin-nies jagħmlu għażliet tajba fl-ikel u jnaqqsu l-porzjonijiet tal-ikel biex b’hekk jieklu b’ammont moderat.

Għal aktar tagħrif dwar is-suġġett wieħed jista’ jikkuntattja lid-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard fuq in-numru: 2326 6000; websajt: www.ehealth.gov.mt ,e mail: health.pro@gov.mt.

Monday, 3 December 2012

il-POYC se tkompli tinfirex lejn l-ahhar 11-il lokalita

Id-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek [POYC] jixtieq jinforma lill-pazjenti li joqgħodu Valletta, Ħamrun, Qormi, Żebbuġ, Siġġiewi, Żabbar, Xgħajra, M’Scala, B’Buġia, Żejtun, M’Xlokk u li huma ntitolati għall-mediċini b’xejn mingħand il-Gvern, li fil-jiem li ġejjin l-Iskema tal-POYC ser tiġi estiża għal dawn il-lokalitajiet.

Għaldaqstant, il-pazjenti li joqgħodu f’dawn il-lokalitajiet u li għandom il-Kartuna s-Safra u dawk li huma ntitolati għall-mediċini tad-diabete u li s-soltu jiġbru l-mediċini tagħhom mill-Ispiżeriji taċ-Ċentri tas-Saħħa tar-Raħal Ġdid u tal-Ħal-Qormi huma mitluba jassiguraw li għandhom id-dokumenti kollha meħtieġa u validi biex jkunu jistgu jibbenifikaw mill-Iskema.  Id-dokumenti jinkludu:

1.         Il-Kartuna s-Safra / il-Kartuna u l-Formola r-Rosa / u l-Kartuna l-Bajda għall-mediċini kkontrollati [skond kif japplika]


2.    Il-Permess li jintitolak għall-mediċini fuq l-approvazzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa [MEU]


Id-data tal-ftuħ tar-Reġistrazzjoni għandha titħabbar aktar tard.  Id-Dipartiment tal-POYC, filwaqt li jirringrazzja lil pazjenti għal koperazzjoni tagħhom, jixtieq jgħarraf li ma tista tiġi aċċettata l-ebda applikazzjoni jekk ma tkunx fuq il-Formola Uffiċjali li ser titqassam fl-Ispiżeriji ta’ dan il-lokal fi żmien qarib.


Min għandu bżonn ta’ aktar informazzjoni huwa ġentilment mitlub jċempel fuq 2248 1800 jew 2210 6350