Id-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek [POYC] jixtieq jinforma lill-pazjenti li joqgħodu Valletta, Ħamrun, Qormi, Żebbuġ, Siġġiewi, Żabbar, Xgħajra, M’Scala, B’Buġia, Żejtun, M’Xlokk u li huma ntitolati għall-mediċini b’xejn mingħand il-Gvern, li fil-jiem li ġejjin l-Iskema tal-POYC ser tiġi estiża għal dawn il-lokalitajiet.
Għaldaqstant, il-pazjenti li joqgħodu f’dawn il-lokalitajiet u li għandom il-Kartuna s-Safra u dawk li huma ntitolati għall-mediċini tad-diabete u li s-soltu jiġbru l-mediċini tagħhom mill-Ispiżeriji taċ-Ċentri tas-Saħħa tar-Raħal Ġdid u tal-Ħal-Qormi huma mitluba jassiguraw li għandhom id-dokumenti kollha meħtieġa u validi biex jkunu jistgu jibbenifikaw mill-Iskema. Id-dokumenti jinkludu:
1. Il-Kartuna s-Safra / il-Kartuna u l-Formola r-Rosa / u l-Kartuna l-Bajda għall-mediċini kkontrollati [skond kif japplika]
2. Il-Permess li jintitolak għall-mediċini fuq l-approvazzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa [MEU]
Id-data tal-ftuħ tar-Reġistrazzjoni għandha titħabbar aktar tard. Id-Dipartiment tal-POYC, filwaqt li jirringrazzja lil pazjenti għal koperazzjoni tagħhom, jixtieq jgħarraf li ma tista tiġi aċċettata l-ebda applikazzjoni jekk ma tkunx fuq il-Formola Uffiċjali li ser titqassam fl-Ispiżeriji ta’ dan il-lokal fi żmien qarib.
Min għandu bżonn ta’ aktar informazzjoni huwa ġentilment mitlub jċempel fuq 2248 1800 jew 2210 6350
No comments:
Post a Comment