Tuesday, 18 December 2012

‘Ftit u Tajjeb’ - Kampanja Nazzjonali kontra l-Obeżita


In-numru ta’nies li jbatu mill-piż żejjed u l-obeżita’ qed jiżdied madwar id-dinja kollha kif ukoll f’Malta. Skond l-aħħar statistika mid-Dipartiment tas-Saħħa fl-Informattika u r-Riċerka (2008), madwar 36% tal-Maltin qalu li għandhom il-piż żejjed filwaqt li 22% oħra ddikjaraw lilhom infushom obeżi. Il-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita  Joe Cassar qal dan waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha tħabbret kampanja kontr l-obeżita bħala parti mill-istrateġija nazzjonali dwar l-obeżita.

Joe Cassar qal li minn statistika li nġabret fi studju f’ Malta fl-2010 aktar minn 40% ta’ tfal Maltin bejn 7-11 il-sena huma obeżi jew għandhom il-piż żejjed. L-Istudju Dwar l-Imġieba tat-Tfal dwar Saħħithom (HBSC 2006) wera li t-tfal Maltin ta’ 11 u 13 il-sena għandhom it-tieni l-aktar proporzjon għoli waqt li t-tfal Maltin ta’ 15 il-sena għandhom l-aktar proporzjon għoli ta’ piż żejjed u obeżita’ meta mqabbla mal-41 pajjiż parteċipanti fl-istudju. Skond l- istudju HBSC ta’2010 il-proporzjon ta’ tfal ta’11,13 u 15 il-sena li għandhom piż żejjed jew huma obeżi żdied b’1% minn 29.3% (2006) sa  30.7% (2010). Għalkemm il- proporzjon żdied u hu ukoll ferm aktar għoli mill-medju tal- HBSC internazzjonali jidher li ma żdiedx bl-istess rata bħal fis-snin ta’ qabel.
  
L-obeżita’ tista’ twassal għal ċertu tipi ta’mard, fosthom il-mard tal-qalb, id-diabete, l-pressjoni għolja u l-kanċer. Kawża ta’hekk hu stmat li d-Diviżżjoni tas –Saħħa qed tonfoq madwar 20 miljun Euro iżjed kull sena minħabba mard li jirriżulta mill-piż zejjed u l-obeżita’.

Id –Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzzjoni tal-Mard ħejja diversi inizzjattivi kontra l-obezita’ matul dawn l-aħħar snin. Din il-kampanja partikolari, bl-isem, ‘Ftit u Tajjeb’, għandha l-għan  li żżid l-għarfien fost il-pubbliku Malti dwar l-importanza tal-moderazzjoni fil-konsum  ul-għażliet tajba tal-ikel..

Dawn il-messaġġi qed jitwasslu permezz ta’kampanja li tinkludi:

  • Produzzjoni u ‘Airing’ ta’ messaġġi dwar it-tema ta’din il-kampanja kemm fuq it-televiżżjoni
  • Tqassim ta’fuljetti bla ħlas  bil-pariri kif dak li jkun jista’ jtejjeb id-drawwiet tal-ikel
  • Parteċipazzjoni fi programmi kemm fuq ir-radju u t-televiżżjoni kif ukoll f’taħdidiet fil-kommunita’ dwar dan is-suġġett

Ir-raġuni komuni li twassal għall-piż żejjed u l-obeżita’ hi minħabba żbilanċ bejn l-enerġija kkunsmata mill-ikel u l-użu ta’enerġija mill-attivita’ fiżika. Għaldaqstant, id –Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard iħeġġeġ lin-nies jagħmlu għażliet tajba fl-ikel u jnaqqsu l-porzjonijiet tal-ikel biex b’hekk jieklu b’ammont moderat.

Għal aktar tagħrif dwar is-suġġett wieħed jista’ jikkuntattja lid-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard fuq in-numru: 2326 6000; websajt: www.ehealth.gov.mt ,e mail: health.pro@gov.mt.

No comments:

Post a Comment