Erba ambulanzi ġodda għall-iSptar Mater Dei
Aktar kumdita għall-pazjent u l-professjonist
Hekk kif kien tħabbar aktar kmieni din is-sena, illum fl-iSptar Mater Dei ġew imwassla l-ewwel 4 ambulanzi ġodda minn total ta 11-il ambulanza. It-tender relatat kien ġie ppublikat is-sena li għaddiet u ġie aġġudikat f’Awwissu ta din is-sena.
Il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita Joe Cassar qal li dan huwa investiment ta €2.5 miljun (inkluż il-VAT) li jinkudi wkoll ftehim dwar manutenzjoni għall ħames snin. Hu qal li sa Frar tas-sena d-dieħla l-isptar se jollu 4 ambulanzi oħra, filwaqt li f’Jannar tas-sena ta wara se jkunu mwassla l-aħħar tlett ambulanzi.
Dr Cassar qal li l-proċess għax-xiri ta ambulanzi huwa aktar kumplikat minn xiri ta vetturi oħra minħabba li l-isptar talab diversi aċċessorji partikolari biex il-pazjent, il-paramediċi u x-xufiera ikunu jistgħu jaħdmu b’aktar kumdita għall-ġid tal-pazjent. Għal dan il-għan, tim mill-isptar Mater Dei, li kien jikkonsisti minn Consultant Physician, Nurse, Biomedical Tehnician, u Xufier tal-ambulanzi, marru għand il-Fiat biex jispezzjonaw il-vetturi u jitolbu il-modifiki mixtieqa.
L-Ambulanzi, tat-tip Intensive Care Fiat Ducato 250.AXC.1. huma mibnija skont l-għola standards u huma pjuttost spazjuzi. Il-kabina fejn ikun hemm il-pazjent hi disinjata b’mod li takkomoda pazjent fuq stretcher, pazjent fuq wheelchair u żewġ paramediċi. Fuq quddiem jistgħu joqgħodu ix-xufier u 2 persuni.
Issa se jibda perijodu qasir ta taħriġ sabiex il-professjonisti li se jużaw l-ambulanzi jidraw is-sistemi u l-gadgets differenti li hemm fl-ambulanzi l-ġodda.
No comments:
Post a Comment