Il-Pazjent igawdi minn aktar ftehim mall-privat
Ftehim dwar artroskopiji u MRIs ma sptarijiet privati
Waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita, il-Ministru Joe Cassar ħabbar ftehim ma tlett sparijiet privati li se jwassal biex pazjenti jibbenefikaw minn eżamijiet tal-Magnetic Resonance Imagining u operazzjonijiet tal-artroskopiji b’xejn.
Il-ftehim, li ġie ffirmat wara li nħarġet sejħa għall-interess, sar ma Saint James Hospital, St Annes Clinic u Da Vinci Hospital. Bħal każijiet oħra is-servizz li se jingħata se jkun bla ħlas għall-pazjent.
Il-Ministru Cassar qal li minn dan il-ftehim se jibbenefika direttament il-pazjent. Hu spejga li din it-tip ta ħidma permezz ta ftehim mall-privat ma bdietx illum, u matul dawn l-aħħar snin sar ftehim ingħataw diversi servizzi flimkien ma sptarijiet u kiliniċi privati, għaqdiet mhux governattivi, il-Knisja u organizzazzjonijiet volontarji. Il-Ministru spjega kif il-fatti juru li llum f’pajjiżna hawn sptarijiet u kliniċi privati li joffru kura ta livell għoli, u għaldaqstant huwa biss ta pjaċir għall-Gvern li jsaħħaħ il-politika ta sħubija f’dan ir-rigward. Ir-riżultat ta dan huwa pazjent moqdi aktar malajr.
Il-Ministru Cassar qal li sfortunatament hawn min jinterpreta ftehim simili mall-privat bħala sinjal negattiv tal-ħidma tal-Gvern mentri fil-fatt, hu propju l-oppost. Kemm l-MRIs u anke n-numru ta operazzjonijiet differenti li jiġu offruti b’xejn lill poplu Malti huma riżultati ta politika ta fiduċja li ġiet adottatat. Fiduċja fil-professjonisti tagħna, kemm dawk li jaħdmu l-iSptar Mater Dei u anke it-tobba tal-Familja li jaħdmu fil-komunita. Il-fatt li llum hemm nies jistennew biex jagħmlu MRI ifisser li dan huwa servizz li instab li hu effiċjenti, u li huwa effettiv bħala għodda sabiex it-tabib jagħmel djanjosi aktar preciza lill-pazjent.
Matul ix-xahar ta' Settembru, uffiċċjali mill-isptar Mater Dei bdew jagħmlu kuntatt ma 400 persuna li qegħdin fuq il-listi ta' stennija biex joffrulhom l-għażla li jagħmlu l-MRI bla-ħlas fil-kliniċi privati. Naturalment l-ewwel li qed jiġu kkuntattjati huma dawk il-persuni li ilhom l-aktar fuq il-lista ta' stennija.
Bħalissa bdew jiġu kkuntattjati wkoll dawk li qegħdin fuq il-lista ta stennija għall-intervent tal-artroskopija. Il-ftehim li sar ikopri 1,000 pazjent.
Il-ftehim sar b’mod li jassigura l-aqwa kwalita ta kura għall-pazjent. Ġie miftiehem ukoll il-mod kif se jsir ir-rappurtaġġ biex l-informazzjoni tgħaddi bla xkiel mill-entitajiet għall-isptar Mater Dei.
No comments:
Post a Comment