Sunday, 15 April 2012

Żidna il-Baġit għas-Saħħa

Għax is-saħħa għalina hi priorita, komplejna inżidu l-investiment dirett f’dan il-qasam.  Fil-fatt il-Baġit għal-qasam tas-saħħa jiżdied b’aktar minn 29 miljun ewro.  Dan ifisser li din is-sena il-Gvern se jinvesti  405.4 miljun ewro fis-saħħa. 

Għalkemm ma nifhimx kif wieħed jista jmaqdar din iż-żieda u dan l-investiment, jidher li dan ma jdoqqx tajjeb għal kulħadd.  Imma insomma, min imdorri jmaqdar, diffiċli biex jibdel l-attitudni tiegħu.  Hija hasra, ghax saħansitra smajna tmaqdir u kritika fil-konfront tal-pjanijiet tagħna dwar il-kanċer. Difficli tifhem dan it tmaqdir

Thursday, 12 April 2012

Nużaw it-teknologija għat-taħriġ tal-professjonisti



Kultant ma nindunawx kemm indiblu affarijiet madwarna.  Bla dubju dan iseħħ minħabb l-fatt li inkunu drajnihom.  Bħal ma drajna il-mobile, l-email u affarijiet oħra li bidlu l-mod li biħ nikkomunikaw u ngħixu.

Fil-qasam tas-saħħa drajna wkoll dak li qed niksbu kontinwament, fost oħrajn dwar l-użu tat-teknoloġija fis-settur.  Dan li qed tara huwa biss eżempju żgħir li jirrifletti x'inkunu qed ngħidu meta insemmu investiment fis-saħħa...li finalment dejjem jirriżulta f'ħid għal pazjent.

Wednesday, 11 April 2012

Servizz ieħor ġdid - Lung Transplant...





 Għal dan il-Gvern is-saħħa hi priorita. Ma hemmx logħob bil-kliem, magħna taf fejn qiegħed.  Ir-reputazzjoni eċċellenti ta pajjiżna fil-qasam tas-saħħa tippermettielna biex nidħlu fi ftehim differenti ma ċentri ta eċċellenza fis-settur.

X'ifisser dan għalik ?

Dan ifisser li hija ħafna aktar faċli biex nipprovdu l-aqwa kura possibbli. Per eżempju għal-ewwel darba qed noffru servizz ieħor ġdid - dak tal-lung transplant.  Proċedura kumplikata, li iżda issa qed noffru permezz ta ftehim maċ-ċentru ISMETT f'Palermo. Pratikament is-sistema li ħloqna tfisser li ladarba ikun hemm donor, il-pazjent Malti ikun f'Palermo f'madwar tlett siegħat, u hemm jiġi operat.

Saħħtek għal-Qalbna...bil-fatti.


Tuesday, 10 April 2012

JORĦSU 16-IL MEDIĊINA OĦRA

Il-Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumatur, javża illi ġew mraħħsa 16-il mediċina oħra sabiex issa n-numru ta’ mediċini li raħsu żdiedu għall-192. Ir-roħs fil-prezz tal-mediċina jvarja bejn 3 u 46%. Dan ir-roħs sar bl-intervent tal-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur fi ħdan l-Awtorità ta’ Malta għall-Kompetizzjoni u għall-Affarijiet tal-Konsumatur.

Din hija l-lista tal-mediċini li raħsu:


Mediċina
Pakkett
Il-prezz l-antik
€
Il-prezz il-ġdid
 €
Roħs
€
Actonel® Once A Week
32.5mg film-coated tablets X 4
38.20
34.20
-4.00
Atacand
8mg tablets x 28
23.92
22.96
-0.96
Atacand Plus
16mg/12.5mg tablets x 28
34.86
28.88
-5.98
Celebrex®
100mg hard capsules X 60
34.01
31.54
-2.47
Flagyl
200mg film-coated tablets X 21
5.54
2.98
-2.56
Flagyl
400mg film-coated tablets X 14
7.08
4.15
-2.93
Imdur®
60mg prolonged release film coated tablets X 28
16.19
11.35
-4.84
Istin™
5mg tablets x 28
20.45
18.25
-2.20
Lyrica
25mg capsules X 56
106.94
75.44
-31.50
Nexium®
20mg gastro-resistant film coated tablets x 28
34.71
28.96
-5.75
Nexium®
40mg gastro-resistant film coated tablets x 28
62.05
41.60
-20.45
Paxetin
20mg film-coated tablets x 30
14.26
10.00
-4.26
Physiotens
0.2mg film-coated tablets X 28
13.37
11.95
-1.42
Rodogyl
125mg/0.75 MIU film coated tablets x 20
9.78
6.49
-3.29
Symbicort® Turbohaler®
100mcg/6mcg Inhalation powder X 120 dozes
50.45
48.67
-1.78
Symbicort® Turbohaler®
200mcg/6mcg Inhalation powder X 120 dozes
59.18
57.60
-1.58




Il-prezzijiet il-ġodda tal-mediċini jirriflettu l-prezzijiet medji tal-istess mediċini fil-pajjiżi Ewropej. Dawn japplikaw għal mediċini li l-ispiżeriji jkunu xtraw bil-prezz il-ġdid.

Għal aktar informazzjoni dwar il-prezzijiet tal-mediċini wieħed jista’ jċempel fuq in-numru 23952000, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8.00am u l-3.00pm jew inkella billi jibgħat email fuq dan l-indirizz: medicines@gov.mt.

From the press...

EU allocates €41.5m for Malta's new cancer hospital - http://www.timesofmalta.com/articles/view/20120410/local/eu-allocates-43m-for-malta-s-new-cancer-hospital.414892

303 applications for nursing posts -
http://www.independent.com.mt/news.asp?newsitemid=142556

85% taċ-Ċentru tal-Onkoloġija se jiġi ffinanzjat mill-UE
http://tiny.cc/ul8jcw

16 medicines undergo price reduction
http://maltatoday.com.mt/en/newsdetails/news/national/16-medicines-undergo-price-reduction-20120410

Reduction in price of 16 medicines
http://www.di-ve.com/Default.aspx?ID=72&Action=1&NewsId=90939&cache=false

Saturday, 7 April 2012

L-Ghid it-Tajjeb

Nawgura l-Ghid it-Tajjeb lill kulhadd.  Tajjeb li nibqghu niftakru fill-pazjenti u f'min iwassal il-kura fit-talb taghna matul is-sena kollha.

Wednesday, 4 April 2012

Pjan nazzjonali dwar il-kanċer

Pjan nazzjonali dwar il-kanċer

Dan huwa il-Linear Accelerator gdid fl-isptar Sir Paul Boffa
Is-sena li għaddiet ippubblikajna l-ewwel pjan nazzjonali dwar il-kanċer li qatt kellu pajjiżna.  Persważ li l-maġġoranza tan-nies ma tarax l-importanza ta’ pjan bħal dan.  Fil-fatt, huwa grazzi għall pjan simili li l-Gvern ikun jista jippjana it-triq għal-futur.  Dan il-pjan sar wara studju ta dak li qiegħed iseħħ, u dak li probabilment se jseħħ fis-snin li ġejjijn.  U allura, sabiex pajjiżna ikun f’pożizzjoni li joffri s-servizzi li jkun hemm bżonn, ħloqna dan il-pjan nazzjonali.

Il-pjan għandu medda ta ħames snin - mill-2011 sal-2015 u li għaliħ il-Gvern ikkommetta vot ġdid ta miljun u mitejn elf ewro (1,200,000).  L-għan prinċipali hu dak li nqegħdu l-pazjenti li jbagħtu mill-kanċer, u lill familji tagħhom, fiċ-ċentru tas-sistema tas-saħħa tagħna.  Irridu nipprevjenu dawk il-kanċers li nistgħu nindividwaw minn kmieni u fl-istess ħin noħolqu kultura ta prevenzjoni.

Il-pjan għandu ukoll l-iskop li jnaqqas l-inċidenza tal-kanċer fost il-poplu tagħna u li jtawwal l-għixien ta dawk li jkunu milquta permezz ta kura effettiva.