Monday, 4 June 2012

Int għamilt id-differenza




Fiducja fik u f’uliedek – din kienet it-tema ta Kunsill Ġenerali li, għal darb oħra tatna l-opportunita li inħarsu il-quddiem b’enerġija u determinazzjoni li inkomplu noħolqu l-ġid. Inħares lura u niftakar f’Kunsilli Ġenerali oħrajn fejn flimkien tkellimna dwar proġetti u flimikien ħlomna dwar dak li ridna niskbu għall pajjiżna.

Kien propju f’dawn il-Kunsilli li ħarisna l-quddiem u għedna li rridu inżidu l-opportunitajiet għaż-żgħażagħ, insaħħu l-għajnuna għan negozjant, inżidu x-xogħol u noħolqu xogħol aħjar.

Biss, il-Partit Nazzjonalista seta jagħmel dan għax ħares lejk u emmen fik.

Illum, bis-saħħa tiegħek, noffru servizz tas-saħħa aħjar. Għalekk ninvestu 45,000 ewro fis-siegħa, lejn u nhar fis-saħħa.  Bis-saħħa tiegħed ħloqna 20,000 post tax-xogħol ġdid u bis-saħħa tiegħed ftaħna skola ġdida fis-sena. Bis-saħħa tiegħek ħloqna aktar opportunitajiet għaż-żgħażagħ Maltin u Għawdxin.

Qed ngħid hekk għax inutli toħlom u tippjana jekk ma jkollokx ir-riżorża umana li ittik riżultati eċċellenti.  Meta l-pajjiż sejjaħlek kont int li għażilt il-politika li biha pajjiżna mexa l-quddiem, u meta din il-politika ġiet attwata kont int li mexxejta. Illum il-fatti juruna li kellna raġun nemmnu fik.

Bħala Ministru għas-Saħħa ma tgħaddix ġurnata li ma narax il-frott ta din il-fiduċja.  Dan il-frott huwa il-fatt li llum aktar minn 4,000 professjonist u ħaddiem fil-qasam tas-saħħa jaħdmu f’ambjent ħafna aktar modern fl-iSptar Mater Dei, u joffrulek eluf ta servizzi kuljum.  Dawn l-4,000 persuna is-sena li għaddiet tawk il fuq minn 9 miljun servizz...

Huma it-tobba Maltin li kisbu l-fiduċja ta Foundation Programme tal-mediċina Ingliża, u bis-saħħa tagħhom illum it-tobba Maltin qed jibqgħu jistudkaw hawn Malta. Illum saħansitra wasalna f’punt fejn għandna tobba barranin li qed jiġu jistudjaw hawn.

Bis-saħħa tal-professjonisti tas-saħħa stajna inkomplu inżidu is-servizzi tas-saħħa li noffru, biex illum int u l-familja tiegħek tistgħu tużaw il-fuq minn 4,000 servizz tas-saħħa b’xejn

Investejna fit taħriġ u zidna l-opportunitajiet biex il-professjonisti tagħna ikomplu jispecjalizzaw - b’hekk tejjibna mhux biss il-kwalita tas-servizz imma wkoll saħħaħħna il-workforce filwaqt li attirajna l-interess ta aktar zgħazagħ lio qed jagħzlu li jidħlu ghal xi karriera fil-kura tas-saħħa.

Komplejna nsaħħu il-kura primarja, u dan jixduħ in-numru dejjem jikber ta pazjenti li s-sena li għaddiet ħadu aktar minn miljun u mitejn elf servizz b’xejn mic-centri tas-saħħa u l-bereġ.   Issa qed inħarsu lejn ħsieb ġdid f’dan il-livell -  il-bini ta ċentru ħolistiku ta kura primarja..dak li jissejjaħ regional hub f’San Ġiljan

Tiftakruħ l-isptar san luqa ?

Nimmaġina li llum anke dawk li jridu akkost ta kollox imaqdru kontinwament kull servizz tal-Gvern jammettu kemm kienet deċiżjoni tajba li nivestu sptar ġdid.  Ftit tax-xhur ilu kellna saħansitra ġurnalist tas cnn li waqt rapport tiegħu fuq is cnn qal li dan huwa sptar state of the art.  Pero f’dak is-servizz ħareġ ukoll, b’mod evidenti, li dak li jagħmel l-isptar state of the art, mhuwiex biss apparat mill-aktar sofistikat, imma il-kapaċita tal-persuna li jħaddem dak l-apparat skont il-bżonnijiet tal-pazjent.

Kif tista tara...emminna fil-professjonisti u l-ħaddiema Maltin u investejna, u mis-suċċess tiegħek qed tgawdi int u uliedek.

Żidna l-mediċini kontra l-kanċer, investejna f’apparat tar-raġġi aktar modern, u qed nibnu Ċentru Ġdid għal kura tal-kanċer.  Fl-2009 bdejna l-ewwel programm nazzjonali ta screening – dak tas-sider, u li permezz tiegħu diga salvajna il-ħajja ta’ aktar minn 120 mara – omm, oħt, bint jew il-mara ta xi ħadd – li kieku ma kienx għal dan il-programm abli kienu jindunaw tard wisq.   Ħabbarna li se noffru screening għal kancer tal-musrana.

Dan kollu jiswa l-flus.  Mhumiex deċiżjonijiet faċli..għax qed nitkellmu fuq miljuni.  Għalina saħħtek priorita..bil-fatti.

Naturalment mhux kollox miexi fuq ir-rubini.  Għandna l-problemi u għandna l-isfidi.  U sakemm inkomplu naħdmu se jibqa jkun hemm problemi u sfidi ġodda. 

Huwa tajjeb li nieqfu u nevalwaw dawn il-sfidi, imma ma nistghux nehlu hemm. Hemm bżonn li nindirizzaw dawn l-isfidi flimkien.  Aktar minn hekk ejja ma nħallu l-ħadd jaljenana minn dak li ksibna.  Kien hemm żmien fejn nimxu b'In-Nazzjon,  jew aħjar bl-IN TAGHNA mohbija f'idejna, żminijiet li jidru l-bogħod, imma lkoll nafu li fil-fatt mhumiex daqshekk il-bogħod.

Flimkien ħlomna u b’fiduċja fik, biddilna dan il-pajjiz.

Monday, 28 May 2012

L-isptarijiet St James jibdew iservu bhala sptarijiet ohra ta' Emergenza




L-isptarijiet St James ta Haz-Zabbar u tas-Sliema jibdew iservu bhala sptarijiet ohra ta Emergenza



Friday, 18 May 2012

Kura Primarja - Investiment fic-centru tas-sahha tar-Rabat

Pass ieħor il-quddiem fil-qasam tal-kura primarja

Iċ-Ċentru tas-Saħħa tar-Rabat ser jiġi mmodernizzat b’investiment ta nofs miljun Ewro bl-iskop li jiżdiedu s-servizzi, il-pazjent jinqeda aħjar u l-professjonisti jaħdmu f’ambjent aktar prattiku.

Dan tħabbar mill-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita Hon Joe Cassar waqt żjara fiċ-ċentru tas-saħħa u matulha ingħataw id-dettalji tal-proġett.  Il-Ministru Joe Cassar qal li l-kura primarja qed tkompli tiġi msaħħa permezz ta dan l-investiment li fil-prattika se jissarraf mhux biss f’ambjent isbaħ u modern imma wkoll f’post li fiħ il-professjonisti tas-saħħa se jkunu jistgħu jaqdu lill-pazjent b’aktar faċilita, filwaqt li l-bini minnu nnifsu se jkun jippermetti l-użu ta apparat mediku speċjalizzat.

Il-Ministru qal li  ċ-ċentru joffri servizzi lill madwar 35,000 persuna li joqgħodu r-Rabat, Ħad-Dingli, Ħ’Attard, l-Imtaħleb, il-Baħrija,  l-Imtarfa u fl-inħawi tal-Buskett.  Is-sena li għaddiet ingħataw aktar minn 1,200,000 servizz mill-bereġ u miċ-ċentri tas-saħħa f’Malta.  Minnhom, 55,000 ingħataw miċ-ċentru tas-Saħħa tar-Rabat.

Minħabba in-natura tax-xogħolijiet, għal-raġunijiet ta sigurta is-servizzi li jingħataw miċ-ċentru se jiġu trasferiti lejn post ieħor temporanjament meta jibda x-xogħol.  Ir-residenti tal-inħawi milquta se jiġu mgħarrfa dwar dan aktar il-quddiem.  Ladarba jitlesta x-xogħol, is-servizzi offruti se jiżdiedu permezz ta klinika oħra għat tobba, u wkoll dik li tissejjaħ Wound Clinic.

Joe Cassar qal li dan l-investiment fil-kura primarja kien possibbli wkoll minħabba l-fatt li l-baġit allokat għas-settur tas-saħħa għal din is-sena  żdied b’29 miljun Ewro. 

Thursday, 10 May 2012

Sena oħra ta’ ħidma fil-Kura Primarja.


Dan il-Gvern iħoss li l-poplu għandu dritt jiġġudikana fuq dak li nagħmlu u għaldaqstant, darba fis-sena, nagħmlu rendikont tal-ħidma tagħna f’kull settur matul dik is-sena li tkun għaddiet. Matul dawn ix-xhur u l-ġimgħat li għaddew smajna ħafna fuq ir-riforma li hemm bżonn fil-qasam tal-Kura Primarja. Aħna stess irrikonoxxejna li din il-ħtieġa hija waħda reali u kien għalhekk li mingħajr ħafna pompa żejda middejna għonqna għax-xogħol u bdejna nimplimentaw b’mod gradwali ħafna mill-prinċipji li ħarġu kemm mid-dokument ta’ konsultazzjoni u, fl-opinjoni tiegħi aktar importanti, mir-rispons li kellna għall-istess dokument. F’dan is-settur tal-Kura Primarja, it-tliet prinċipji kardinali li nħossu li għandhom kontinwament jiggwidawna huma li l-pazjent jitqiegħed fiċ-ċentru tal-politika tas-saħħa, li ngħollu l-livell taċ-Ċentri tas-Saħħa u li ntejbu s-servizzi offruti fil-Komunita`.
Fil-komunità l-Gvern għandu 8 Ċentri tas-Saħħa u ta’ 42 berġa li minnhom joffri s-servizzi lill-pazjenti tagħna. Matul is-sena li għaddiet it-tobba f’dawn iċ-Ċentri għamlu kważi nofs miljun viżta, u mill-bereġ saru kważi 200,000 viżta oħra. Meta tgħoddhom flimkien ifissru li ras għal ras kull persuna f’Malta sarulha żewġ viżti f’sena f’dawn iċ-Ċentri. Ma’ dawn irrid inżid ukoll ‘il fuq minn 12,500 viżta li dawn l-istess tobba għamlu fid-djar ta’ dawk il-pazjenti li ma setgħux joħorġu. Ċifri li jimpressjonawni u li jagħmluli kuraġġ, pero l-viżti tat-tabib huma biss parti żgħira mill-firxa wiesgħa ta’ servizzi li noffru.
Irrid insemmi fil-fatt li minbarra t-tobba, fiċ-Ċentri tas-Saħħa u l-bereġ għandna mijiet ta’ professjonisti oħra li kuljum joffru servizzi oħra ta’ l-ogħla kwalita. Per eżempju, matul is-sena li għaddiet saru mal-100,000 test tad-demm u madwar 200,000 oħra ħadu kura mogħtija mill-infermiera. Fil-klinika tad-diabete attendew il-fuq minn 14,000 pazjent u mat-80,000 irċevew servizzi relatati mal-podjatrija. Ingħataw aktar minn 30,000 servizz tal-fiżjoterapija u 35,000 servizz ieħor fl-ispeech language pathology. Ingħataw ukoll il-fuq minn 75,000 vaċċin tat-tfal u 75,000 vaċċin ieħor kontra l-influenza. Ma’ dawn saru numru kbir ieħor ta’ viżti u sessjonijiet oħra, bħal X-Rays (22,000), Ġinekoloġija (8,000), ECGs (4,000), Oftalmoloġija u Glawkoma (6,500), u konsulti oħra. Ħidma kontinwa għaddejja lejl u nhar, jum wara l-ieħor biex il-pazjent ikun moqdi aħjar. Ta’ min inżid ukoll is-servizzi li jingħataw fl-iskejjel mal-istudenti kollha u l-għadd ta’ inizjattivi favur il-promozzjoni tas-saħħa u l-prevenzjoni tal-mard, klabbs għall-ommijiet u t-trabi tagħhom, taħditiet u laqgħat li jsiru fil-komunita’ u klassijiet għall-pubbliku in ġenerali bħal per eżempju l-klassijiet dwar l-immaniġġjar tal-piż u għal waqfien mit-tipjip.
Il-qasam tas-saħħa huwa għal qalb il-gvern nazzjonalista u pilastru tal-politika tagħna. Għal sena oħra erġajna kkonfermajna dan bl-investiment qawwi f’dan is-settur, inkluż l-investimenti li saru u ppjanajna biex nibdew minnufih, fil-qasam tal-Kura Primarja. Tista’ tgħid li matul is-sena li għaddiet, iċ-Ċentri kollha tas-Saħħa f’Malta jew sarilhom xi xogħol fuqhom jew tlestew il-pjanijiet kollha meħtieġa biex maljar kemm nistgħu din is-sena jinbeda x-xogħol. Iċ-Ċentru tal-Mosta tista’ tgħid se jkun totalment differenti minn kif inhu llum – saru wkoll l-arranġamenti meħtieġa sabiex waqt li tkun għaddejja din il-ħidma masiċċa fuq dan il-bini, is-servizzi li bħalissa jingħataw minn dan iċ-Ċentru jibqgħu jingħataw minn post alternattiv. Il-manutenzjoni u tisbiħ li se jsir fil-Mosta jinkludi xogħol fuq il-binja, fl-elettriku, fil-makkinarju u fl-apparat mediku, fil-pavimentar, fl-aperturi u fl-għamara.

  

L-istess iċ-Ċentru tar-Rabat – ix-xogħol preliminari kollu huwa lest u f’dawn il-jiem se joħorġu t-tenders għax-xogħolijiet meħtieġa, inkluż xogħolijiet fuq l-elettriku, makkinarju u apparat mediku, aperturi, pavimentar u sistema ta’ arja kkundizzjonata u lift. Fuq iċ-Ċentru reġjonali ta’ San Ġiljan, il-gvern qed jaħseb sabiex mhux biss iwettaq dawk ix-xogħolijiet meħtieġa, talli se jkun qed idaħħal kunċett ġdid fil-Kura Primarja f’pajjiżna għaliex il-pazjent ser ikun jista’ jsib is-servizzi kollha f’post wieħed. Dan il-proġett ser ikun qed isir b’investment totali ta’ kważi sitt miljuni u nofs ewro f’bini mfassal fuq tlett sulari, b’żewġ livelli ta’ parkeġġ. Matul is-sena li għaddiet ukoll saru xogħolijiet estensivi oħra fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Raħal Ġdid, f’dak ta’ Birkirkara, ta’ Bormla, tal-Gżira, ta’ Ħal-Qormi u tal-Floriana. L-istess nistgħu ngħidu għall-bereġ li hemm imxerrdin f’ħafna rħula f’Malta fejn kontinwament ikun għaddej xogħol ta’ manutenzjoni u tisbiħ għax dan il-gvern jemmen li kull ċittadin għandu dritt għal dawn is-servizzi ta’ kura primarja f’ambjent li jilqgħek u sigur.
Din il-ħidma tagħna fl-aħħar sena fil-qasam tal-kura primarja hija xhieda oħra tal-impenn tagħna għall-Maltin kollha. Minkejja l-kritika kontinwa tal-oppożizzjoni u minkejja d-diffikultajiet kollha li l-gvern ikollu jegħleb sabiex jassigura li dawn is-servizzi jitwasslu kif jixraq, din is-sena ħidma tikkonferma kemm huwa minnu li : Saħħtek Għal Qalbna !

Saturday, 5 May 2012

Illum it-tobba Maltin jibqghu jistudjaw hawn Malta

Malta Foundation Programme - biddilna l-istorja meta flok it-tobba Maltin imorru jistudjaw barra, tobba barranin  qed jiġu jistudjaw Malta, u fl-istess waqt issa qegħdin fi stat li aktar tobba Maltin qed jiddeċiedu li jibqgħu jistudjaw f’pajjiżna.