Wednesday, 4 July 2012

Imniedi taħriġ professjonali dwar il-komunikazzjoni ma pazjenti f’mumenti delikati


Kura għall-Kanċer - Imniedi taħriġ professjonali dwar il-komunikazzjoni ma pazjenti f’mumenti delikati

Hekk kif kien imħabbar fil-Pjan Nazzjonali għall-Kanċer illum ingħata bidu għall-programm ta taħriġ dwar komunikazzjoni għall-professjonisti nvoluti fil-kura għall-kanċer.  Il-Programm ta taħriġ għandu l-iskop li jħarreġ lill professjonisti dwar kif tiġi kkomunikata aħbar ħażina jew delikata lill-pazjent kif ukoll lill familjari.

Waqt l-ewwel sessjoni ta taħriġ il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita Joe Cassar qal li l-programm huwa riżultat tar-riċerka li saret bi preparament għat-tfassil tal-Pjan Nazzjonali għall-Kanċer.  Fil-fatt, minn din ir-riċerka kien ħareġ li ikun hemm benefiċċju għall-pazjent jekk il-professjonisti varji ikunu wkoll imħarrġa fil-metodi differenti ta komunikazzjoni.

Kien għalekk, li bħala parti minn dan il-pjan, illum ingħata bidu għal-dan il-programm ta taħriġ li permezz tiegħu il-professjonist se jkun aktar ippreparat biex jikkomunika b’mod effettiv ma persuni differenti f’mument delikat.  Il-Ministru Joe Cassar qal li l-qasam tal-Onkoloġija hu qieħed partikolari, minħabba li kemm il-pazjent u il-familjari jiġu esposti għall-biża kbira mill-ħsieb li wieħed jista jitlef ħajtu.

Dr Cassar qal li mill-ħin li jiġi stabilit li l-pazjent ikollu tumur jew kanċer, tibda l-ansjeta u dan wassal għal ħafna mistoqsijiet .  Għalhekk it-taħriġ mhux se jiffoka biss fuq kif wieħed iwassal aħbar ħażina, imma wkoll fuq l-aspetti kollha relatati maż-żmien li l-pażjent u l-familjari se jgħaddu f’kuntatt mas-servizzi tas-saħħa inkluż ukoll il-mumenti fejn il-pazjent jitlef il-ġlieda għall-ħajja.    Joe Cassar qal li l-iskop ta dan it-taħriġ hu dak li l-komunikazzjoni f’dawn iċ-ċirkostanzi tkun effettiva, u fl-istess ħin il-professjonist ikun aktar ippreparat biex jiffaċċja dawn il-mumenti.

It-taħriġ se jkun imwassal minn Fr. Joseph Calleja BA, MA, MSc, ECP u Ms Mireille Pellegrini Petit B.Soc u se jkun imqassam f’sessjonijiet ta 4 siegħat għall 4 ġimgħat u se jsir fi grupp żgħar.

Il-Ministru Cassar irringrazzja lill-professjonisti kollha li huma involuti f’dan il-qasam filwaqt li rrikonoxxa l-fatt li l-ħidma tagħhom mhix waħda faċli u tirrikjedi impenn u dedikazzjoni kontinwa.  Iżda huwa wkoll fatt li din l-istess ħidma iġġib magħhha s-sodisfazzjon li tkun għent persuna fl-aktar mument diffiċli ta ħajjitha. 




  

New opportunities within the health care sector




Collaboration between the Department of Health and MCAST results in new health and social care courses

The Department of Health and MCAST will be strengthening and extending their existing collaborations to provide students with the relevant training opportunities and work experience required to achieve successful careers in the health sector.

This commitment was confirmed during the signing of a Memorandum of Understanding between the Department of Health and the College’s Institute of Applied Science, on Wednesday 13 June 2012, at the Ministry for Health, the Elderly and Community Care, in Valletta. As part of this new collaboration, the two sides have already concluded an extensive consultation process to launch a new two-year full-time course aimed at preparing students for a career as a paramedic aide. The role of a paramedic aide is to assist various health professionals by performing clinical and administrative activities, which will contribute to the optimisation of interventions and of the overall service delivery in the health sector.

Students who take up this new MQF Level 4 course, the MCAST-BTEC Extended Diploma in Health and Social Care (Health Studies), which begins in October, will benefit from an extensive work experience programme within various departments of the Ministry of Health, the Elderly and Community Care. These experiences will encourage students to learn about the different environments where they can work as paramedic aides. Eventually, the students focus their studies with specialised theoretical and practical training related to their preferred area.

The new agreement between MCAST and the Ministry was signed by Dr. Natasha Azzopardi Muscat, MHEC Chief Medical Officer, and Prof. Maurice Grech, MCAST Principal and CEO. It provides for ongoing collaborations to identify training and skilling gaps within the health industry, to increase the number of specialist MCAST vocational programmes related to the health sector, to cater for new specialist areas such as podiatry, pre-hospital, physiotherapy and occupational therapy, and to strengthen the quality assurance mechanisms of the vocational practice modules that relate to these specialist strands. The Ministry and the College will also work together to promote these careers and to encourage stronger student participation in these courses.

[Minister for Health, the Elderly and Community Care Hon Joe Cassar thanked the representatives of both MCAST and the Department of Health who have been meeting and fine tuning the MOU for the past months.  The Minister pointed out that this is where the Governments policy as regards Health and Education are converging, with the final result being a strengthened Health Care system from which the main beneficiary will be the patient.

“We continuously monitor our services across the health care system.  This provides us with a clear picture of what systems and processes are working and what can be improved.  Human Resources are of course crucial for such systems to work and being able to identify a need allow us to provide to satisfy it in a convenient manner.  You are today witnessing the result of such monitoring and collaboration with an educational system that is providing the system with well trained health care workers.”  The Minister pointed out that health care services are on the increase, and health care workers are being given more possibilities to specialise in specific areas.  This not only provides a good possibility of employment but also the opportunity to further invest in a health care career.

Prof. Grech explained that MCAST’s collaboration with various sectors of the Maltese economy and with major employers is the cornerstone of all the College’s full-time and part-time courses. The new MCAST Institute of Applied Science has quickly adapted to this tradition. It has already consulted various industries, including the healthcare services, the pharmaceutical and the environmental sectors, to provide new training opportunities for Maltese learners. In this case, MCAST is working with the Ministry, the largest healthcare employer in Malta, to offer students a rewarding learning experience for the acquisition of the relevant qualifications and skills to succeed in this sector and to provide well-trained workers who can effectively contribute to the ongoing improvement of healthcare services in Malta. He noted that this collaboration has already borne fruit for MCAST’s prospective students, who will be able to apply for the new extended diploma course in a few weeks’ time, when the College starts receiving applications for its 161 full-time courses beginning in October.

“This course also contributes to our efforts to strengthen the value of apprenticeships, placements, and other workplace training opportunities within our courses. We are currently working on the introduction of new systems, in collaboration with the Employment and Training Corporation and the industry, whereby employers are provided with a schedule of processes and tasks which students would be obliged to experience during the work training. This will ensure that our students are highly prepared to swiftly adapt to and succeed in their place of work, as soon as they complete their studies,” Prof. Grech concluded.
 
More details about the new Extended Diploma course and MCAST’s other 160 full-time programmes is available in the new MCAST 2012/2013 Full-time Courses Prospectus, which can be viewed online on www.mcast.edu.mt. Prospective students are also invited to collect their copy of the Prospectus, and learn more about MCAST campus life during the MCAST Expo, between 23 and 26 June, at the MCAST Main Campus, Paola. Contact the College on information@mcast.edu.mt or 2398 7100 for more information.


Saturday, 9 June 2012

Nitkellmu flimkien - Djalogu f'Haz-Zebbug

Ninvestu 4,500 Ewro fis-siegħa f'saħħtek

F’dawn l-aħħar erba’ snin komplejna żidna s-servizzi tas-saħħa.   Illum int tista’ tuża aktar minn 4,000 servizz tas-saħħa -  servizzi ta’ kwalita’ għolja u li huma b’xejn. 

Il-Gvern qed jinvesti aktar minn miljun ewro kuljum biex int, f’kas ta’ bżonn issib servizz qrib tiegħek jew f’wieħed mill-isptarijiet tagħna.   Fil-fatt pratikament ninvestu madwar 4,500 ewro fis-siegħa.

Illum qed noffru servizzi ta kura primarja viċin tiegħek fi tmien ċentri tas-saħħa u 42 berġa.  Is-sena li għaddiet offrejna il fuq minn miljun servizz, li fost oħrajn inkludew eżamijiet mediċi minn tobba, kemm fil-post u anke fid-dar tal-pazjent. 

Żidna il-lista ta mediċini b’xejn li int tista tiġi bżonn.  Illum noffru aktar minn 1,300 tip ta mediċina differenti b’xejn. Permezz tal-ispiżerija tal-għażla tiegħek, 76,000 persuna qed jiġbru il-mediċini tagħhom b’xejn minn spiżerija li jagħżlu huma.

Irduppjajna il-mard kroniku imniżżel fil-kartuna s-safra. Dan ifisser li issa aktar minn 124,000 persuna huma intitolati għal mediċini b’xejn. 

Sfortunatament jien persważ li int taf lill xi ħadd li ltaqgha mal-marda tal-kanċer.  Anke hawnhekk, ħadna azzjoni.

Żidna l-mediċini kontra l-kanċer, investejna f’apparat tar-raġġi aktar modern, u qed nibnu Ċentru Ġdid għal kura tal-kanċer.  Fl-2009 bdejna l-ewwel programm nazzjonali ta screening – dak tas-sider, u li permezz tiegħu diga salvajna il-ħajja ta’ aktar minn 117-il mara – omm, oħt, bint jew il-mara ta xi ħadd – li kieku ma kienx għal dan il-programm abli kienu jindunaw tard wisq.   Issa se jibda jsir screening għal kancer tal-musrana.

Fl-isptar Mater Dei żidna l-kura, t-tip ta’ operazzjonijiet li jsiru u l-eżamijiet medici li qed noffru lill pazjenti.  Fil-fatt, is-sena li għaddiet il-ħaddiema u professjonisti tal-isptar Mater Dei wasslu aktar minn 9 miljun servizz, b’xejn, lill kull min kellu bżonn. 

Komplejna nnaqsu iż-żmien ta stennija għall-operazzjonijiet u xahar wara l-ieħor qed inżidu in-numru ta pazjenti li jiġu operati fl-isptar.  Is-sena li għaddiet saru aktar minn 43,000 operazzjoni, li hija żieda ta 11,000 operazzjoni fuq l-aħħar sena tal-isptar San Luqa.

Għamilna ftehim mall-privat dwar proċeduri differenti bħall MRI u Kataretti.

Bl-operazzjonijiet ġodda li qed ngħamlu, qed issir differenza kbira fil-ħajja tan-nies. Dan jafu sew dak iż-żgħażugħ li għall-ewwel darba, wara operazzjoni innovattiva fl-isptar mater dei, jista jiċċaqqlaq kif irid, wara li snin ilu iltaqa mal-marda tal-parkinsons. Dan jafu sew il-missier li issa jista jisma lill-ibnu wara li saritlu dik li tiġi imsejħa il-bionic ear.

Investejna wkoll fit-taħriġ.

Tiftakar meta it-tobba ġodda Maltin kienu jsiefru biex jispeċjalizzaw, u imbgħad jagħżlu li jibqgħu barra minn pajjiżna ?  Illum biddilna kompletament l-istorja, u l-maġġoranza tat-tobba Maltin qed jibqgħu jistudjaw hawn – f’pajjiżna.  Anzi, illum, bil-maqlub ta dak li kien jiġri qabel, għandna tobba barranin li qed jiġu jistudjaw hawn Malta.

Din is-sena wkoll se jkollna aktar minn 200 infermier ġdid, u professjonisti oħra li se jiggradwaw fix-xhur li ġejjijn.

Dan il-Gvern dejjem kien ċar fil-politika tiegħu dwar is-saħħa.  B’dak li ghamilna, Gvern u haddiema fil-qasam tas-saħħa, illum pajjizna hu rikoxxut bhala wieħed mill-pajjiżi li jinsab fuq quddiem nett fis-servizzi medici li joffri.  U d-determinazzjoni tagħna hi li nkomplu nżidu u ntejbu s-servizzi għalik.


Il-Gvern japprezza l-ħidma tal-professjonisti u ħaddiema kollha li ħafna drabi issir fil-kwiet u mingħajr daqq tat-trombi.  Grazzi.

 Saħħtek priorita’ -  saħħtek għal qalbna.


Monday, 4 June 2012

Harga lejn Sqallija - 14 ta Lulju 2012

Il-Ministeru għas-Saħħa mhuwiex Ministeru tal-Mard




Ħadna diversi miżuri biex nippromwovu s-saħħa

Il-Ħidma prinċipali tal-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita tikkonċentra fuq servizzi tal-kura tas-saħħa, li ma jfissirx biss servizzi għal meta jimrad xi ħadd, imma wkoll servizzi biex kemm jista jkun jiġi evitat il-mard.

Naturalment din mhix responsabilita tal-Gvern biss, imma fuq kollox ir-responsabilita li tieħu ħsieb saħħtek hi tiegħek ukoll. Biex ngħinuk tagħmel dan għandna professjonisti li jiggwidaw il-promozzjoni tas-saħħa u il-prevenzjoni tal-mard.

Investejna fir riċerka -  Inizjattivi bil-għan li jtejbu u jfiehmu s-Saħħa fl-Adoloxxenza jinħtieġu li jkunu bbażati fuq evidenza li tista’ tinkiseb biss permezz tar-riċerka li ssir f’kuntest lokali. Id-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard jagħmel l-Istudju dwar l-Imġieba tas-Saħħa fi Tfal tal-Iskola (HBSC) kull erba’ snin.  Permezz ta’ dan l-istudju, jiġu identifikati l-imġieba tas-saħħa kif ukoll tendenzi fost l-adoloxxenti u wkoll ikunu studjati l-ħtiġijiet.  L-istudju isir fost 34 pajjiż fl-Ewropa u fl-Amerika ta’ Fuq u d-data lokali titqabbel ma’ dawk tal-pajjiżi l-oħra Ewropej.

Inestejna f’ħidma flimkien ma pajjiżi Ewropej - Malta hi membru tan-Netwerk Ewropew dwar il-Promozzjoni tas-Saħħa fl-Iskejjel fejn skejjel Maltin jipparteċipaw f’inizjattivi li jieħdu approċċ sħiħ tal-Iskola fejn it-tfal jitħeġġu jadottaw stil ta’ ħajja b’saħħitha. Din l-inizjattiva tieħu in konsiderazzjoni l-ambjent u l-kurrikulu moħbi, kif ukoll il-kurrikulu mgħallem.

Investejna f’ħidma li tiffavorixxi il-breast feeding - Il-Ġimgħa favur it-Treddigħ tinżamm kull sena b’kollaborazzjoni mal-Isptar Mater Dei.  Minbarra li titqajjem kuxjenza fost l-ommijiet, l-inizjattiva għandha l-għan li tipproġetta kultura favur it-treddigħ, inkluż il-ħidma sabiex postijiet tax-xogħol u dawk pubbliċi jsiru ‘baby-friendly’; kif ukoll sabiex is-sistemi soċjali jipprovdu aktar sapport u għajnuna fir-rigward tat-treddigħ.

Għandna klabbs għall-Ommijiet u t-Trabi - Il-Unit għall-Promozzjoni tas-Saħħa qed taħdem fuq inizjattiva b’kollaborazzjoni mal-Klabbs tal-Moviment ta’ Kana għall-Ommijiet u t-Trabi fejn isiru taħdidiet lill-ommijiet dwar il-ftim u dieta tajba għat-tfal tagħhom.

Inmorru wkoll fl-iskejjel.  Fil-fatt twaqqaf Kumitat tas-Saħħa u tal-Edukazzjoni li jiltaqa’ regolarment sabiex jiddiskuti u sabiex titwettaq ħidma flimkien bejn iż-żewġ Ministeri, u sabiex jiġu esplorati oqsma ta' interess komuni għall-promozzjoni tas-saħħa fit-tfal tal-iskola.
Id-Direttorat għall-promozzjoni tas-saħħa u prevenzjoni tal-mard huwa rappreżentant fil-Kumitat stabbilit mill-Qasam tal-Edukazzjoni sabiex jirrevedi d-dokument il-ġdid dwar il-Pjan ta’ Stil ta’ Ħajja B’Saħħitha (il-Healthy Lifestyle Plan).

Il-Unit għall-Promozzjoni tas-Saħħa waqqaf proġett pilota tal-‘Walking Bus’  ġewwa xi skejjel, fejn tfal fi skejjel primarja jimxu lejn l-iskola flimkien u ggwidati minn persuni responsabbli.


Din l-istess unit torganizza taħdidiet fl-Iskejjel.  Il-Unit tirċievi talbiet matul is-sena skolastika għal taħdidiet fl-iskejjel stess fuq numru ta’ suġġetti marbuta mas-saħħa. L-udjenza fil-mira jkunu jinkludu studenti, għalliema u ġenituri.

Inizjattiva oħra tippromwovi il-konsum ta frott.  Fil-fatt sa mill-2009, l-Aġenzija tal-Ħlas fi ħdan il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, bdiet inizjattiva ffinanzjata mill-fondi tal-UE imfassla sabiex jiżdied il-konsum tal-frott u ħaxix fit-tfal tal-iskola, billi tipprovdi kull tifel u tifla fl-iskejjel kollha primarji 'porzjon bla ħlas ta‘ frott jew ħxejjex darba fil-ġimgħa. Il-programm qed jiġi implimentat fl-iskejjel kollha f'Malta u Għawdex. Il-Unit għall-Promozzjoni tas-Saħħa hija membru attiv tal-Kumitat li tħaddem din l-iskema u kienet ukoll wettqet evalwazzjoni preliminari tal-iskema.

Dan kollu qiegħed isir biex kemm jista jkun ikollna popolazzjoni aktar mgħarfa dwar dak li huwa ta ġid għall-saħħitna.  Biss, nerġa ntenni li r-responsabilita prinċipali hija biss tiegħek.  Bniedem avżat, nofsu armat, u bħal ma ngħidu dejjem, l-aqwa kura hi propju il-prevenzjoni.

Gurnata Ghawdex flimkien