F’isem il-familja tiegħi nawguralek Milied ħieni mimli paċi. Dawn is-siegħat iġibu magħhom għaqda madwar id-dinja kollha. Tajjeb li llum taħseb f’min jinsab waħdu. Kultant anke sempliċi telefonata tista tagħmel id-differenza. Inselli wkoll għal-paramediċi u għal dawk kollha li dan il-lejl tal-Milied se jgħadduħ xogħol. B’mod speċjali nixtieq nistiednek biex illejla tgħid talba għal min jinsab marid u jekk hu possibbli żżur lill pazjenti tagħna fl-isptar. Awguri lill kulħadd.
Sunday, 23 December 2012
Erba ambulanzi ġodda għall-iSptar Mater Dei
Erba ambulanzi ġodda għall-iSptar Mater Dei
Aktar kumdita għall-pazjent u l-professjonist
Hekk kif kien tħabbar aktar kmieni din is-sena, illum fl-iSptar Mater Dei ġew imwassla l-ewwel 4 ambulanzi ġodda minn total ta 11-il ambulanza. It-tender relatat kien ġie ppublikat is-sena li għaddiet u ġie aġġudikat f’Awwissu ta din is-sena.
Il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita Joe Cassar qal li dan huwa investiment ta €2.5 miljun (inkluż il-VAT) li jinkudi wkoll ftehim dwar manutenzjoni għall ħames snin. Hu qal li sa Frar tas-sena d-dieħla l-isptar se jollu 4 ambulanzi oħra, filwaqt li f’Jannar tas-sena ta wara se jkunu mwassla l-aħħar tlett ambulanzi.
Dr Cassar qal li l-proċess għax-xiri ta ambulanzi huwa aktar kumplikat minn xiri ta vetturi oħra minħabba li l-isptar talab diversi aċċessorji partikolari biex il-pazjent, il-paramediċi u x-xufiera ikunu jistgħu jaħdmu b’aktar kumdita għall-ġid tal-pazjent. Għal dan il-għan, tim mill-isptar Mater Dei, li kien jikkonsisti minn Consultant Physician, Nurse, Biomedical Tehnician, u Xufier tal-ambulanzi, marru għand il-Fiat biex jispezzjonaw il-vetturi u jitolbu il-modifiki mixtieqa.
L-Ambulanzi, tat-tip Intensive Care Fiat Ducato 250.AXC.1. huma mibnija skont l-għola standards u huma pjuttost spazjuzi. Il-kabina fejn ikun hemm il-pazjent hi disinjata b’mod li takkomoda pazjent fuq stretcher, pazjent fuq wheelchair u żewġ paramediċi. Fuq quddiem jistgħu joqgħodu ix-xufier u 2 persuni.
Issa se jibda perijodu qasir ta taħriġ sabiex il-professjonisti li se jużaw l-ambulanzi jidraw is-sistemi u l-gadgets differenti li hemm fl-ambulanzi l-ġodda.
Aktar possibilitajiet ta taħriġ speċjalizzat għat-tobba Maltin
Diskors mill-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita Hon Joe Cassar fl-okkażjoni tal-iffirmar ta’ Memorandum of Understanding bejn id- Dipartiment tas-Saħħa f’Malta u Brighton and Sussex University Hosipitals fir-Renju Unit dwar kooperazzjoni għat-taħriġ ta’ tobba li qed jispeċjalizzaw f’diversi oqsma
Sinjuri,
Huwa ta pjaċir għalija li inħabbar ftehpm ieħor li minnu se jgawdi l-pazjent.
Dan il-ftehim li ser ikun is-sitt wiehed tax-xorta tiegħu, huwa intiż li jagħti aċċess lil tobba Maltin li bħalissa qed jispeċjalizzaw f’diversi speċjalitajiet tal-Medicina u l-Kirurgija biex ikomplu t-taħrig tagħhom għall-perjodu ta’ bejn sitt xhur u sena fir-Renju Unit. Dan il-perjodu ta’ tahrig barra minn Malta huwa rikjest f’numru ta’ kurrikuli f’diversi specjalitajiet.
Permezz ta’ dan il-ftehim, kull sena numru ta’ tobba Maltin ser ikunu jistgħu ikomplu jistudjaw u jaħdmu f’wieħed mill-isptarijiet ta’ Brighton and Sussex University. Dan il-perjodu fir-Renju Unit ser ikun qed jgħinhom fl-istudji u x-xogħol tagħhom sabiex meta jiġu lura Malta ikunu ħadu esperjenza u taħriġ tal-għola livell.
Dan il-ftehim huwa wkoll turija ta’ kemm istituzzjonijiet fir-Renju Unit huma konvinti mill-livell għoli ta’ taħrig lokali għat-tobba tagħna, tant li huma lesti li jilqghu fi ħdanhom dawn it-tobba fl-iqsar żmien possibli. Fi Brighton bħalissa hemm diġa trainee mill-Kirurgija, kif ukoll żewġ tobba mill-Ginekoloġija u anki oħrajn fil-Pedjatrija li telgħu iktar kmieni din is-sena permeżż tar-rapporti tajbin li jeżistu bejn id-Dipartiment tas-Saħħa f’Malta u din l-istituzzjoni fir-Renju Unit.
Sakemm ikunu barra minn xtutna dawn it-tobba qed ikollhom ukoll iċ-ċans li jattendu korsijiet relatati mal-ispeċjalizazzjoni anki f’Universitajiet barranin, bħal tobba oħra li ikunu qed jispeċjalizzaw fl-istess pajjiż.
Minn tliet snin ‘l hawn, kull sena numru ta’ tobba ibbenefikaw minn arranġamenti simili fosthom ma’ KU Leuven fil-Belgju, l-Universita ta’ Oxford fir-Renju Unit, Grampian fl-Iskozja, Kent u anki Northampton fir-Renju Unit, kif ukoll fiċ-Ċentru Internazzjonali ta’ ISMETT f’Palermo.
Permezz ta’ kull ftehim eżistenti u oħrajn futuri ser ikompli jogħla l-livell ta’ taħriġ għat-tobba Maltin li ikunu qed jispeċjalizzaw, billi jingħataw ċans jaħdmu u jistudjaw fuq l-ahhar żviluppi fil-Medicina u l-Kirurġija, kif ukoll fuq każijiet li mhumiex komuni f’Malti. B’hekk ikun qed igawdi l-pazjent Malti li ser ikompli ikollu servizz ta’ saħħa u tobba speċjalizzati ta’ l-aqwa kwalita’.
It-taħrig lokali ta’ specjalizazzjoni ser ikun qed jibbenefika wkoll minn opportunitajiet ġodda ieħor fosthom permezz ta’ videoconferencing u anki e-learning.
Malta tgawdi wkoll rapport tajjeb ħafna ma’ numru ta’ istituzzjonijiet barranin rinnomati f’oqsma diversi tal-edukazzjoni u formazzjoni ta’ specjalisti fosthom King’s College f’Londra fejn bhalissa hemm ukoll tobba Maltin li qed jieħdu training speċjalizzat fl-Endoskopija u oqsma oħra.
Minn dan kollu se jibbenefika il-pazjent. Nirringrazzja minn qalbi lill kull min kien involut.
Dr Joe Cassar
Tuesday, 18 December 2012
Il-pazjent igawdi minn aktar servizzi fil-komunita - Berġa ġdida fl-Ibraġġ.
Dalgħodu infetħet uffiċċjalment berġa oħra fl-Ibraġġ fil-bini ta madwar il-Knisja. Din il-berġa ingħaqdet mal-lista ta 42 berġa oħra li d-Dipartiment tal-Kura Primarja għandu f’lokalitajiet differenti.
Il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita Joe Cassar qal li l-Gvern għaraf mill-bidu li l-iżvilupp fil-kura primarja hija essenzjali biex tissaħħaħ, is-sistema tas-saħħa f’pajjiżna. “Il-Politika tagħna f’dan il-qasam kienet ċara, u dan wassal għal titjib fis-servizz. Fil-fatt qed naraw żieda fl-użu tas-servizzi tal-kura primarja. Biżżejjed ngħidu li s-sena li għaddiet ingħataw aktar minn miljun servizz (għal popolazzjoni ta inqas minn nofs miljun) mid-Dipartiment tal-Kura Primarja, li 155,000 servizz minnhom ingħataw fil-bereġ” qal il-Ministru Cassar.
Joe Cassar qal l-Kura Primarja qed tissaħħaħ b’diversi mezzi. Hu fakkar li bħalissa għaddej xogħol estensiv ta tisbiħ fuq iċ-ċentru tas-saħħa tal-Mosta, fejn ladarba jitlesta x-xogħol se jkun hemm ukoll l-ewwel operating theatre għal operazzjonijiet żgħar li se jkunu jistgħu isiru fiċ-Ċentru tas-Saħħa. Wasal biex jibda wkoll xogħol estensiv fuq iċ-ċentru tas-saħħa tar-Rabat li ser iwassal biex il-professjonist jaħdem f’ambjent aktar komdu filwaqt li l-pazjent jingħata servizz f’post aktar atrezzat.
Qed isir ukoll xogħol ta tisbiħ fil-Bereġ u tħabbar li issa jmiss jibdew xogħolijiet fuq il-bereġ ta Santa Luċia u Ħ’Attard. Il-Ministru qal li sabiex il-persuni li għandhom id-downs syndrome jingħataw kura mill-istess professjonisti matul ħajjithom, infetħet Downs Syndrome clinic fiċ-ċentru tas-saħħa ta B’Kara. Sar ukoll pass importanti hekk kif is-sistema tal-IT tal-Kura Primarja ġiet integrata ma dik tal-isptar Mater Dei. Dan ifisser inqas karti u servizz aktar malajr u effiċjenti.
Filwaqt li rrimaraka li fadal xogfħol xi jsir, il-Ministru Cassar fakkar ukoll il-proposti li kienu saru sabiex jiġu żviluppati Regional Hubs fil-komunita li, flimkien ma numru ta kliniċi, is-servizz fil-komunita jieħu spinta l-quddiem. Joe Cassar qal li l-iskop ewlieni hu dak li l-pazjent jinqeda f’lokalita qrib tiegħu.
Hu rringrazzja lill-Kappillan tal-Ibraġġ Fr Tony Agius li qiegħed jipprovdi il-bini fejn saret il-klinika, kif ukoll lis-Sindku tas-Swieqi is-Sur Noel Muscat .
Is-sur Muscat irringrazzja lill professonisti tas-saħħa li se jwasslu s-servizz fil-lokalita. Hu qal li l-popolazzjoni tal-lokalita qegħdha dejjem tiżdied u għalekk din il-berġa se tkun tassew utli. Hu qal li l-berġa eventwalment se tiċċaqqlaw biex tifforma parti miċ-ċentru ċiviku ġdid li qiegħed jinbena ftit il-bogħod mill-Knisja.
Inauguration of newly refurbished Mediterranean Regional Centre for Traditional Chinese Medicine.
Over €500,000 were invested almost entirely by the Chinese Government in an extensive refurbishment of the Mediterranean Regional Centre for Traditional Chinese Medicine in Kordin.
Director General of the Department of Science and Technology , Chinas’ State of Administration of Traditional Chinese Medicine, Mrs Su, said that this is another happy moment in the healthy relationship between the two countries. She said that this centre is providing treatment to a good number of Maltese patients by using the services of several Chinese doctors who come to Malta for two years of service. Currently the service is being delivered by a team of four Chinese doctors.
Dr Ray Busuttil, Superintendent for Public Health said that over the years there has been a constant improvement in the service delivered. He also praised the current team of doctors and their predecessors for the dedication with which they deliver their services.
Minister for Health, the Elderly and Community Care, Hon Joe Cassar said that the Centre is the landmark of the co-operation between the Maltese Ministry and the Ministry of Health of the People’s Republic of China and that it highlights the good relationship that exists between these two countries.
“During my visit to China in September I was able to get first hand experience of the product of the co-operation between the two countries. I realised that although our two countries are far away from each other and our size is very different, our people shared common principles and values in the treatment and management of patients. I could see first hand the very effective complementary co-existence of Traditional Chinese Medicine and Western Medicine in the management of a variety of clinical conditions ranging from the management and treatment of cancer patient, pain relief as well as the management of a range of psychiatric problems. This is a resource that we have within this centre and which is probably not being adequately tapped and which could be better utilised in the management of our patients.”
Minister Cassar noted that the co-operation in the treatment of patients formed the basis of the discussions in Beijing and Nanjing in September and as well as the subject of the discussions held during a meeting at the Ministry for Health in the morning. He said that it is very opportune that we are celebrating the re-opening of the centre after refurbishment so soon after renewing our political commitment to further the co-operation between the two ministries and our commitment to the further enhance the role of Traditional Chinese Medicine in the management of our patients.
Joe Cassar thanked the Chinese government for covering a large proportion of the expenses incurred in bringing the centre to such high standards for the benefit of our clients. He said that this is yet another milestone in the growth of the centre.
‘Ftit u Tajjeb’ - Kampanja Nazzjonali kontra l-Obeżita
In-numru ta’nies li jbatu mill-piż żejjed u l-obeżita’ qed jiżdied madwar id-dinja kollha kif ukoll f’Malta. Skond l-aħħar statistika mid-Dipartiment tas-Saħħa fl-Informattika u r-Riċerka (2008), madwar 36% tal-Maltin qalu li għandhom il-piż żejjed filwaqt li 22% oħra ddikjaraw lilhom infushom obeżi. Il-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita Joe Cassar qal dan waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha tħabbret kampanja kontr l-obeżita bħala parti mill-istrateġija nazzjonali dwar l-obeżita.
Joe Cassar qal li minn statistika li nġabret fi studju f’ Malta fl-2010 aktar minn 40% ta’ tfal Maltin bejn 7-11 il-sena huma obeżi jew għandhom il-piż żejjed. L-Istudju Dwar l-Imġieba tat-Tfal dwar Saħħithom (HBSC 2006) wera li t-tfal Maltin ta’ 11 u 13 il-sena għandhom it-tieni l-aktar proporzjon għoli waqt li t-tfal Maltin ta’ 15 il-sena għandhom l-aktar proporzjon għoli ta’ piż żejjed u obeżita’ meta mqabbla mal-41 pajjiż parteċipanti fl-istudju. Skond l- istudju HBSC ta’2010 il-proporzjon ta’ tfal ta’11,13 u 15 il-sena li għandhom piż żejjed jew huma obeżi żdied b’1% minn 29.3% (2006) sa 30.7% (2010). Għalkemm il- proporzjon żdied u hu ukoll ferm aktar għoli mill-medju tal- HBSC internazzjonali jidher li ma żdiedx bl-istess rata bħal fis-snin ta’ qabel.
L-obeżita’ tista’ twassal għal ċertu tipi ta’mard, fosthom il-mard tal-qalb, id-diabete, l-pressjoni għolja u l-kanċer. Kawża ta’hekk hu stmat li d-Diviżżjoni tas –Saħħa qed tonfoq madwar 20 miljun Euro iżjed kull sena minħabba mard li jirriżulta mill-piż zejjed u l-obeżita’.
Id –Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzzjoni tal-Mard ħejja diversi inizzjattivi kontra l-obezita’ matul dawn l-aħħar snin. Din il-kampanja partikolari, bl-isem, ‘Ftit u Tajjeb’, għandha l-għan li żżid l-għarfien fost il-pubbliku Malti dwar l-importanza tal-moderazzjoni fil-konsum ul-għażliet tajba tal-ikel..
Dawn il-messaġġi qed jitwasslu permezz ta’kampanja li tinkludi:
- Produzzjoni u ‘Airing’ ta’ messaġġi dwar it-tema ta’din il-kampanja kemm fuq it-televiżżjoni
- Tqassim ta’fuljetti bla ħlas bil-pariri kif dak li jkun jista’ jtejjeb id-drawwiet tal-ikel
- Parteċipazzjoni fi programmi kemm fuq ir-radju u t-televiżżjoni kif ukoll f’taħdidiet fil-kommunita’ dwar dan is-suġġett
Ir-raġuni komuni li twassal għall-piż żejjed u l-obeżita’ hi minħabba żbilanċ bejn l-enerġija kkunsmata mill-ikel u l-użu ta’enerġija mill-attivita’ fiżika. Għaldaqstant, id –Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard iħeġġeġ lin-nies jagħmlu għażliet tajba fl-ikel u jnaqqsu l-porzjonijiet tal-ikel biex b’hekk jieklu b’ammont moderat.
Għal aktar tagħrif dwar is-suġġett wieħed jista’ jikkuntattja lid-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard fuq in-numru: 2326 6000; websajt: www.ehealth.gov.mt ,e mail: health.pro@gov.mt.
Monday, 3 December 2012
il-POYC se tkompli tinfirex lejn l-ahhar 11-il lokalita
Id-Dipartiment tal-Ispiżerija tal-Għażla Tiegħek [POYC] jixtieq jinforma lill-pazjenti li joqgħodu Valletta, Ħamrun, Qormi, Żebbuġ, Siġġiewi, Żabbar, Xgħajra, M’Scala, B’Buġia, Żejtun, M’Xlokk u li huma ntitolati għall-mediċini b’xejn mingħand il-Gvern, li fil-jiem li ġejjin l-Iskema tal-POYC ser tiġi estiża għal dawn il-lokalitajiet.
Għaldaqstant, il-pazjenti li joqgħodu f’dawn il-lokalitajiet u li għandom il-Kartuna s-Safra u dawk li huma ntitolati għall-mediċini tad-diabete u li s-soltu jiġbru l-mediċini tagħhom mill-Ispiżeriji taċ-Ċentri tas-Saħħa tar-Raħal Ġdid u tal-Ħal-Qormi huma mitluba jassiguraw li għandhom id-dokumenti kollha meħtieġa u validi biex jkunu jistgu jibbenifikaw mill-Iskema. Id-dokumenti jinkludu:
1. Il-Kartuna s-Safra / il-Kartuna u l-Formola r-Rosa / u l-Kartuna l-Bajda għall-mediċini kkontrollati [skond kif japplika]
2. Il-Permess li jintitolak għall-mediċini fuq l-approvazzjoni tad-Dipartiment tas-Saħħa [MEU]
Id-data tal-ftuħ tar-Reġistrazzjoni għandha titħabbar aktar tard. Id-Dipartiment tal-POYC, filwaqt li jirringrazzja lil pazjenti għal koperazzjoni tagħhom, jixtieq jgħarraf li ma tista tiġi aċċettata l-ebda applikazzjoni jekk ma tkunx fuq il-Formola Uffiċjali li ser titqassam fl-Ispiżeriji ta’ dan il-lokal fi żmien qarib.
Min għandu bżonn ta’ aktar informazzjoni huwa ġentilment mitlub jċempel fuq 2248 1800 jew 2210 6350
Wednesday, 28 November 2012
Il-Gvern iniedi l-Programm Nazzjonali ta' Screening għall-Kanċer tal-Musrana
Il-Gvern iniedi l-Programm Nazzjonali ta' Screening għall-Kanċer tal-Musrana
|
Trasport bla ħlas bejn iċ-ċentri tas-saħħa tal-Mosta u Birkirkara
Trasport bla ħlas bejn iċ-ċentri tas-saħħa tal-Mosta u Birkirkara
Il-Ministeru tas-Saħħa għandu l-pjaċir jinfurma lill-pubbliku li sejjer ikun hemm servizz ta’ transport bla ħlas bejn iċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta u iċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara. Dan is-servizz huwa maħsub sabiex klijenti mill-Mosta li għandhom problema sabiex jaslu saċ-Centru tas-Saħħa ta’ Birkirkara ikunu moqdija aħjar. Is-servizz sejjer jibda minn nhar it-Tnejn 26 ta’ Novembru u sejjer jopera mit-Tnejn sas-Sibt fil-ħinijiet li ġejjin:
Tluq miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta
|
Tluq miċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara
|
6.30 am
|
7.30 am
|
8.30 am
|
9.30 am
|
10.30 am
|
11.30 am
|
12.30 pm
|
2.30 pm
|
Ghal aktar informazzjoni wieħed għandu jċempel fuq in-numri tat-telefon taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara li huma 21494960, 21494961, jew 21494962.
Dental Public Health Conference - Speech by Minister Cassar
Speech by the Hon Joe Cassar, Minister for Health, the Elderly and Community Care at the Dental Public Health Unit’s annual dental conference, Smile for Health XIV. The Conference is open to all dental surgeons, dental hygienists, dental technologists and dental assistants.
Colleagues, Good Morning,
Thank you for inviting me to address this conference today.
I promptly welcomed the opportunity to address this conference regarding oral health because oral health is one aspect of health which needs to be given central importance and perhaps, more prominence, in our country plans, strategies and investment and resources allocation.
Advances in the field of dental health in our country have been significant in the last couple of decades. Amongst other developments, the establishment of the Dental Public Health Unit, which was launched in September 2011, was a major milestone in our quest to address the challenges of oral health in our population.
The overarching aim of this unit is of course to promote oral health, and to integrate oral health into the wider public health agenda and to put oral health on the agenda of all national health policies. I trust that the unit is well on track towards reaching this aim.
Oral Health is more than just good teeth. I need not explain this…the audience here surely comprises many professionals and students from the field of dentistry!
Oral health is a determinant factor for quality of life. Good Oral health is essential for well being - It is an integral part of general health.
Against the backdrop of these facts, evidence pertaining to the high prevalence of dental caries across children in most European countries, and the simultaneous rising costs of dental care is seriously worrying.
Oral health can therefore no longer be seen as a stand alone domain but should be seen as part of general health policy. This is what government, steered by myself as Minister of Health is committed to.
We know that we have to address the major oral health challenges of children and adolescents, of busy adults leading rushed lives, of the increasing elderly members of our society and of the populations with special needs the list goes on we need to address the challenges of all differently but equally!
Oral health inequalities need to be leveled out as promptly and as efficiently as can be, if we are to keep on track towards enhancing the health of the nation. This is what we are all working towards.
In order to ensure that all citizens can have healthier smiles in the future we need to keep working together - government ,NGOs and the private sector, aw well as all members of the public.
I am aware that a lot of initiative is being chanelled towards the oral health of our nation. During the last scholastic year the Dental Public Health Unit organized a school-based dental awareness programme, ‘A Healthy Smile for a Healthy Body’. In view of the European Year of Active Aging, the unit sought to actively promote dental health in older adults through informative leaflets .
Such activity is positive, and indeed encouraging. We need to pursue our effort and work toward optimal oral health. I augur that today’s conference will contribute further towards this goal. I am confident in the continued contribution and co-operation of all.
Thank you
Tuesday, 20 November 2012
Attivita sportiva għal-Familja kollha nhar il-Ħadd li ġej
Nhar il-Ħadd li ġej ser issir attivita sportiva għal-familja kollha f’kumpless sportiv f’Ta Qali. L-attivita, organizzata mill-Ministeru għas-Saħħa, għandha l-iskop li tħajjar lill pubbliku in ġenerali sabiex isib bilanċ bejn il-ħajja ta kuljum u l-attivita fiżika, partikolarment fi żmien il-festi, li matulhu jiżdied il-konsum ta ħelu.
Il-Ministru Joe Cassar qal li l-Ministeru ħass il-bżonn li jorganiżża attivita simili sabiex kulħadd jirrealizza li tista tagħmel bidla kbira f’ħajtek permezz ta eżerċizzju varjat. Hu qal li llum hawn aktar ċentri sportivi u aktar possibilitajiet sabiex wieħed iżomm ruħu attiv. Filwaqt lid an imur id f’id mal-istrateġija nazzjonali dwar l-obeżita, dan jipprovdi wkoll l-opportunita ta eżerċizzju lill persuni ta etajiet differentti.
Il-Ministru qal ukoll li din l-attivita` qed ssir ukoll viċin l-iStrina tista tiġi użata bħala warming-up għall-dawk kollha li se jieħdu sehem fil-Presidents Charity Fun Run li ser issir ġimgha wara din l-attivita`. Il-Ministru Cassar qal li din hi okkażjoni li tgħamel sessjoni ta training flimkien ma professjonisti li jwasslulek pariri dwar kif tagħmel l-aħjar użu mit-taħriġ.
Fil-fatt ildiversi professjonisti sportivi u dawk tas-saħħa se jkunu fiċ-ċentru sportiv f’Ta Qali għall matul l-attivita.
Dr Charmaine Gauci, Direttur tad-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u Prevenzjoni tal-Mard saħħqet dwar l-importanza ta’ dawn it-tip ta’ sessjonijiet. Hi qalet ukoll li matul l-attivita se jkun hemm sessjonijiet tal-Aerobics, Zumba Atomic, Spinning u oħrajn. Fl-istess waqt se jkun hemm ukoll servizzi tas-saħħa bħal dak tal-BMI , pressjoni u zokkor kif ukoll nutrionists.
L-attivita, li qed issir b’risq l-iStrina, ser issir fit-Ta Qali Health and Fitness Centre nhar il-Ħadd li ġej bejn is-sagħtejn u l-ħamsa ta wara nofsinhar. Minħabba il-kassijiet varji li ser isisru ikun aħjar li jsir booking minn qabel fuq 23266000, minn fejn wieħed jista jikseb ukoll aktar informazzjoni.
Wednesday, 14 November 2012
Bi pjaċir inħabbar uffiċċjalment il-kandidatura tiegħi
Bi pjaċir inħabbar uffiċċjalment il-kandidatura tiegħi għall-Elezzjoni Ġenerali f’isem il-Partit Nazzjonalista għad-distretti 7 (L-Imdina, Ħaż-Żebbuġ, Ħad-Dingli, L-Imġarr, L-Imtarfa, Ir-Rabat) u 11 (Ħ’Attard, Ħal Balzan, Il-Mosta). Mill ġdid inwiegħed l-impenn tiegħi biex il-poplu tagħna ikompli igawdi mill-benefiċċji tal-politika serja li joffri il-Partit Nazzjonalista.
Ikompli jitnaqqas il-waiting time għal-pazjenti bid-dijabete
World Diabetes Day 2012
Ikompli jitnaqqas il-waiting time għal-pazjenti bid-dijabete
Waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fl-okkażjoni tal-Jum Dinji dwar id-Dijabete, Profs Stephen Fava qal li permezz ta Diabetes Shared Care Programme il-pazjent illum qiegħed jinqeda ħafna aħjar u aktar malajr minn qabel. Prof Fava spjega li permezz ta dan il-programm, wara li pazjent ikun iltaqgħa mall-konsulent u jkun ġie kkonfermat li għandu d-dijabete, il-pazjent jirċievi kura għal-kundizzjoni tiegħu fil-komunita.
Il-Vantaġġ prinċipali ta dan il-programm hu l-fatt li l-pazjent qiegħed jingħata servizz aktar personali direttament fil-komunita tiegħu. Barra min hekk qed tingħata kura aktar ħolistika hekk kif qiegħed isir screening taċ-ċirkolazzjoni fis-saqajn u anke fl-għajnejn. Il-Pazjenti qed jingħataw ukoll appuntament annwali ma speċjalista sabiex ikun żgurat li il-kundizzjoni qed tinżamm taħt kontroll matul is-sena.
Dr Mario Grixti qal li din is-sena wkoll Malta ħadet sehem f’inizjattiva internazzjonali imsejħa il-Blue Monument Challenge – u matul il-lejl li għadda il-Berġa ta Kastilja inxtegħelet blue. Il-Kulur blue huwa sinonimu ma dan il-jum, u din il-kampanja tal-blue momument hija immirata biex toħloq aktar interess f’kundizzjoni. Dr Grixti rringrazzja lill organizzazzjonijiet diversi li ingħaqdu f’kumitat wieħed biex iwasslu programm nazzjonali ta blood glucose monitoring matul dawn il jiem. Nirringrazzjhom tax-xoghol kollhu li ghamlu biex niksbu iktar gharfien fuq id-dijabete.
Il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita Dr Joe Cassar irringrazzja lill ġurnalisti u producers għal-fatt li pratikament kull gazzetta u kull stazzjon (kemm radio u television) u anke l-online media, qed jgħatu attenzjoni lill dan il-jum dinji dwar id-dijabete. Hu qal li dan huwa importanti għal fatt li permezz ta artikli u diskussjonijiet qed jitwasslu żewġ messaġġi importanti ħafna – dak li kulħadd għandu jiċċekkja il-livell taz-zokkor fid demm ta spiss u wkoll il-fatt li bid-dijabete tista tgħix ħajja normali.
Aktar tard il-Ministru Cassar għamel żjara fi spiżerija li qed tipparteċipa f’kampanja organizzata mill Kamra tal-Ispiżjara ta’ Malta bill-kollaborazzjoni tal Malta Diabetes Association. Matul il-kampanja il-pubbliku in ġenerali ġie mħeġġe jiċċekkja l-livell taz-zokkor fid-demm filwaqt li jagħti donazzjoni b’risq il-Malta Community Chest Fund. Il-Ministru rringrazzja lill professjonisti tas-saħħa kollha li huma involuti fil-ġlieda kontra d-dijabete u faħħar il-ħidma u d-dedikazzjoni tagħhom li qed tissarraf f’pazjent aktar infurmat u ppreparat li twassal għal tejbien fil-kwalita tal-ħajja tal-individwu.
Tuesday, 13 November 2012
L-Ommijiet imħeġġa biex jagħżlu li jreddgħu lit-trabi tagħhom.
L-Ommijiet imħeġġa biex jagħżlu li jreddgħu lit-trabi tagħhom.
F’Malta, l-Ġimgħa favur it-treddiegħ se tkun ċċelebrata bejn l-10 u s-17 ta’ Novembru 2012 bit-tema ‘Ma hemm xejn aħjar mill-ħalib ta’ ommi’. Minħabba l-istil ta’ ħajja moderna u l-ħajja mgħaġġla ta’ llum, dik li kienet tradizzjoni li jreddgħu lit-tarbi, illum, kull ma jmur dejjem qiegħda terġa tiġi mħeġġa biex aktar nisa jagħżlu li jreddgħu lit-trabi.
Dan il-messaġġ hu mmirat għal kull mara li sejra ssir omm. Kull omm trid l-aħjar għat-tarbija tagħha u biex it-treddigħ jirnexxi hemm bżonn tas-sapport kemm qabel it-tqala kif ukoll wara; mhux biss mill-qraba iżda ukoll mis-soċjeta’. Il-ħalib tal-omm joffri l-aħjar nutrijenti u sustanzi bbilanċjati; waqt li jinbidel skont il-bżonn fl-iżvilupp tat-tarbija! Ma hemm ebda prodott tal-ħalib ieħor li qatt jista’ joffri dan. Huma ferm magħrufa il-benefiċċji li joffri l-ħalib tal-omm kemm għat-tarbija kif ukoll għall-omm. It-treddigħ esklussiv fl-ewwel sitt xhur tal-ħajja tat-tarbija, filwaqt li tiżdied hu u jinbeda l-ewwel ikel addattat fil-ħajja tat-tarbija jwassal għal tnaqqis fir-rata ta’ tfal żgħar bil-piż żejjed kif ukoll tnaqqis tal-mard kroniku iktar tard fil-ħajja.
Waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret fl-iSptar Mater Dei, il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita Dr Joe qassar qal li statistika lokali dwar ir-rata ta’ treddigħ wara li omm toħroġ mill-isptar hija dik ta 56% (2010, 2011). L-istess statistika turi li 588 tarbija oħra ġew mreddgħa mhux b’mod esklussiv, iġifieri mhux permezz ta breastfeeding biss (NOIS, 2012).
Dr Cassar qal li l-għan ta’ din il-kampanja hu dak li r-rata tat-treddigħ, l-aktar dak esklussiv tiżdied f’Malta. Il-grupp ta professjonisti li huma involuti f’din il-kampanja, qed jaħdem aktar mill-qrib mas-settur privat u mal-professjonisti biex il-messaġġ ikun konsistenti filwaqt li tiżdied l-informazzjoni, l-edukazzjoni u s-servizzi li jiffavorixxu t-treddigħ f’Malta. Din il-ħidma qed titwettaq bħala parti integrali mill-Istrateġija kontra l-Obeżita’ ta’ Malta. B’hekk aktar ommijiet jitħeġġu fl-għażla tagħhom favur li jreddgħu t-trabi tagħhom.
Il-Ministru ħabbar ukoll li l-iSptar Mater Dei uffiċċjalment approva Politika li se ser isservi bħala bażi sabiex l-isptar jiġi akkreditat mill-Għaqda Dinjija tas-Saħħa bħala Sptar ‘Baby-Friendly’. Din il-politika tinkludi diversi miżuri fosthom pariri u sapport lil ommijiet favur it-treddiegħ, kif ukoll miżuri sabiex jiġu evitati metodi oħra li jfixklu l-proċess tat-treddigħ.
L-iSptar Mater Dei flimkien mad-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard, il-Parencraft u l-Breastfeeding Walk-in clinic inħolqu diversi inizzjattivi għal użu tal-pubbliku bħal:
- Fuljetti għall-ommijiet b’informazzjoni utli biex tkun tista’ treddgħa sew.
· Servizz bla ħlas dwar it-treddiegħ u programmi għan-nanniet fi ħdan is-Servizz tal-Parentcraft ġewwa l-Isptar Mater Dei.
· Kampanji promozzjonali ta’ kull sena f’diversi programmi lokali (radju u televiżjoni) favur it-treddigħ bl-aħħar pariri dwar it-treddigħ u l-introduzzjoni adekwata tal-ewwel ikel minn nies professjonali.
· Riklami l-karozzi tal-linja.
· Seminar li ser isir nhar s-17 ta’ Novembru fil-Lukanda Le’ Meridien f’San {iljan.
Għaldaqstant kull mara tqila hi mħeġġa li tattendi il-programmi edukattivi relatati mat-treddigħ. Aktar informazzjoni u kopji ta’ fuljetti dwar it-treddigħ u l-introduzzjoni tal-ewwel ikel għat-trabi jistgħu jinkisbu mid-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa u l-Prevenzjoni tal-Mard kif ukoll mill-Parencraft u mill- Breastfeeding -Walk in clinic.
Subscribe to:
Posts (Atom)