Wednesday, 3 October 2012

Bejgħ ta’ 3,000 qabar fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata

Bejgħ ta’ 3,000 qabar fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata

Ġie ppublikat avviż legali li se jiftaħ it-triq biex jinbiegħu 3,000 qabar ġdid fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata.  Dan tħabbar mill-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita Dr Joe Cassar waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha ingħataw id-dettalji tal-kontenut tal-avviż legali.

Il-Ministru Cassar qal li dan se jagħti opportunita lill min jixtieq jixtri l-qabar tiegħu.  Il-prezz tal-oqbra se jkun dak ta 5,000 ewro. Matul il-jiem li ġejjijn kull min jista jkun intitolat li jixtri qabar għandu jircievi ittra biex jibda il-proċess biex isir il-konvenju.  Dawn se jkollhom data sa meta ikunu jistgħu jirrispondu biex imbgħad isir l-arranġament u jsir id-depożitu.

Joe Cassar ħabbar ukoll li l-ġimgħa d-dieħla għandu jingħalaq ukoll it-tendering process għall-kostruzzjoni u r-restawr taċ-cimiterju eżisteni.  B’hekk ix-xogħol huwa mistenni li jibda mill-aktar fis possibli u l-Gvern ikun f’pozzizjoni li jista jintrabat ukoll biż-żmien sa meta ser jagħti l-oqbra lil dawk li jkunu għamlu id-depositu.

L-istess Avviz Legali jkopri ukoll  sitta u sebgħin qabar fic-Ċimiterju Omm il-Ħniena fil-Mellieħa li qed jsir b’kooperazzjoni mal-Kunsill Lokali.  Dawn l-oqbra ser jinbiegħu bl’istess sistema. 

Qed jiġi ppjanat ukoll żvilupp fiċ-Ċimiterju ta’ Sant’Antnin limiti tal-Imdina li meta jkun il-waqt jitħabbru wkoll l-oqbra għall-bejgħ.

Dawn l-oqbra ħa jkunu wkoll għall-prezz ta’ ħamest elef ewro kif imħabbar fl-istess Avviz Legali.

   

Tuesday, 2 October 2012

'Nista' nkompli nara' - Bernard Bonnici


'Nista' nkompli nara' - din hi l-istorja ta' Bernard Bonnici, li sa ftit żmien ilu kien se jitlef id-dawl t'għajnejh wara li qabditu infezzjoni rari ħafna. Bernard jirrakkonta kif grazzi għall-għajnuna li qed jagħtih il-Gvern Malti biex jieħu l-kura li għandu bżonn, hu qed jagħmel progress u jista' jkompli jara.

Il-Pazjent igawdi minn aktar ftehim mall-privat

Il-Pazjent igawdi minn aktar ftehim mall-privat
Ftehim dwar artroskopiji u MRIs ma sptarijiet privati

Waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita, il-Ministru Joe Cassar ħabbar ftehim ma tlett sparijiet privati li se jwassal biex pazjenti jibbenefikaw minn eżamijiet tal-Magnetic Resonance Imagining u operazzjonijiet tal-artroskopiji b’xejn.

Il-ftehim, li ġie ffirmat wara li nħarġet sejħa għall-interess, sar ma Saint James Hospital, St Annes Clinic u Da Vinci Hospital. Bħal każijiet oħra is-servizz li se jingħata se jkun bla ħlas għall-pazjent.

Il-Ministru Cassar qal li minn dan il-ftehim se jibbenefika direttament il-pazjent.  Hu spejga li din it-tip ta ħidma permezz ta ftehim mall-privat ma bdietx illum, u matul dawn l-aħħar snin sar ftehim ingħataw diversi servizzi flimkien ma sptarijiet u kiliniċi privati, għaqdiet mhux governattivi, il-Knisja u organizzazzjonijiet volontarji.  Il-Ministru spjega kif il-fatti juru li llum f’pajjiżna hawn sptarijiet u kliniċi privati li joffru kura ta livell għoli, u għaldaqstant huwa biss ta pjaċir għall-Gvern li jsaħħaħ il-politika ta sħubija f’dan ir-rigward.  Ir-riżultat ta dan huwa pazjent moqdi aktar malajr.

Il-Ministru Cassar qal li sfortunatament hawn min jinterpreta ftehim simili mall-privat bħala sinjal negattiv tal-ħidma tal-Gvern mentri fil-fatt, hu propju l-oppost. Kemm l-MRIs u anke n-numru ta operazzjonijiet differenti li jiġu offruti b’xejn lill poplu Malti huma riżultati ta politika ta fiduċja li ġiet adottatat.  Fiduċja fil-professjonisti tagħna, kemm dawk li jaħdmu l-iSptar Mater Dei u anke it-tobba tal-Familja li jaħdmu fil-komunita.  Il-fatt li llum hemm nies jistennew biex jagħmlu MRI ifisser li dan huwa servizz li instab li hu effiċjenti, u li huwa effettiv bħala għodda sabiex it-tabib jagħmel djanjosi aktar preciza lill-pazjent.

Joe Cassar qal li is-servizzi fil-qasam tas-saħħa komplew jiċdiedu matul is-snin u fil-fatt il-Gvern illum joffri aktar minn 4,000 servizz tas-saħħa b’xejn, li qed jirriżultaw f’persuni li qed jgħixu ħajja aħjar u aktar fit-tul.  Il-Ministru spjega li dan minnu nnifsu kompla jżid it-talba għas-servizzi li qed jiġu offruti, u fi sforz biex il-pazjent jinqeda dejjem aktar malajr, illum għandna il-possibilita li nistgħu nagħmlu ftehim mas-settur privat, anke fejn jidħlu proċeduri li jinvovlu makkinarju u riżorsi umani li jirrikjedu investiment qawwi u serju.

Matul ix-xahar ta' Settembru, uffiċċjali mill-isptar Mater Dei bdew jagħmlu kuntatt ma 400 persuna li qegħdin fuq il-listi ta' stennija biex joffrulhom l-għażla li jagħmlu l-MRI bla-ħlas fil-kliniċi privati.  Naturalment l-ewwel li qed jiġu kkuntattjati huma dawk il-persuni li ilhom l-aktar fuq il-lista ta' stennija.

Bħalissa bdew jiġu kkuntattjati wkoll dawk li qegħdin fuq il-lista ta stennija għall-intervent tal-artroskopija.  Il-ftehim li sar ikopri 1,000 pazjent. 

Il-ftehim sar b’mod li jassigura l-aqwa kwalita ta kura għall-pazjent.  Ġie miftiehem ukoll il-mod kif se jsir ir-rappurtaġġ biex l-informazzjoni tgħaddi bla xkiel mill-entitajiet għall-isptar Mater Dei.



Sunday, 30 September 2012

Aktar possibilitajiet fil-qasam tas-saħħa

Aktar possibilitajiet fil-qasam tas-saħħa
Iffirmat ftehim bejn il-Gvern Malti u dak Ċiniż dwar mediċina kumplimentari u alternattiva
Waqt laqgħa li saret bejn il- Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita Dr Joe Cassar u l-Ministru għas-Saħħa taċ-Ċina, Prof Chen Zhu, ġie ffirmat ftehim ta kollaborazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi dwar mediċina kumplimentari u alternattiva.

Waqt id-diskussjonijiet ġew diskussi aspetti ta kif iċ-Ċentru Reġjonali tal-Mediterran dwar il-kura tradizzjonali  Ċiniża, li jinsab f’Kordin, jista jwessa id-dimensjoni tiegħu sabiex jiżviluppa firxa aktar wiesa ta servizzi u jipprovdi taħriġ kemm lill-professjonisti Maltin u wkoll dawk barranin. Il-Gvern Ċiniż qabel ma din il-proposta li kienet ġiet imressqa mil-Ministru Cassar u offra kull għajnuna biex dan iseħħ.
Matul din iż-żjara ġie ffirmat ftehim ta kooperazzjoni bejn iż-żewġ ministeri bl-iskop li :
1.       Titkompla u tissaħħaħ il-kooperazzjoni bejn iż-żewġ pajjiżi sabiex jitmexxa iċ-Ċentru Reġjonali tal-Mediterran dwar il Kura Tradizzjonali Ċiniża, u jipprovdi servizz kemm għal pazjenti Maltin kif ukoll dawk barranin
2.       Professjonisti Ċiniżi li huma kkwalifikati fil-Kura Tradizzjonali Ċiniża jipprovdu servizz f’dan iċ- ċentru
3.        Iċ-ċentru jipprovdi taħriġ lill professjonisti fil-qasam tas-saħħa dwar din it-tip ta kura
4.       Iċ-Ċentru jikkolabora mal-Universita ta Malta dwar taħriġ fil-Kura Tradizzjonali Ċiniza
 F’laqgħat oħra mall-Viċi Gvernatur He Quan u uffiċċjali tal-Ministeru tas-Saħħa mill-provinċja ta Jiangsu, liema provinċja kienet responsabbli sabiex tipprovdi l-professjonisti għaċ-ċentru ta Kordin, intlaħaq qbil li jkomplu d-dikussjonijiet fuq livell tekniku sabiex iċ-Ċentru ta’ Kordin jiżviluppa f’ Ċentru Reġjonali għall Kura Tradizzjonali Ċiniża għall-Mediterran kollu.
Il-Ministru Chen Zhu ħa l-opportunita sabiex jirringrazzja lill-Gvern u l-poplu Malti għall-appoġġ u s- solidarjeta u l-għajnuna li ngħatat lill ħaddiema Ċiniżi li ġew evakwati matul il-kriżi fil-Libya filwaqt li awgura li l-kooperazzjoni bejn iż-żewg pajjiżi tkompli timmatura u titkattar fis-snin li ġejjin.
Il-Ministru Cassar esprima s-sodisfazzjon tiegħu dwar l-andament ta’ din iż-żjara u qal li dan huwa pass ieħor sabiex il-kura tas-saħħa f’Malta tiġi ddiversifikata u mtejba għal ġid tal-pazjenti.
Il-Ministru Cassar, li mexxa delegazzjoni Maltija, kellu wkoll diskussjonijiet bilaterali ma uffiċċjali tal-Ministeru għas-Saħħa Ċiniż kif ukoll żjarat fi sptarijiet f’Beijing u Nanjing.  


Attivita flimkien - is-Sibt li gej

Wednesday, 26 September 2012

Xogħolijiet estensivi fiċ-ċentru tas-saħħa tal-Mosta

Xogħolijiet estensivi fiċ-ċentru tas-saħħa tal-Mosta

Minħabba xogħolijiet estensivi ta tisbieħ li ser isiru fiċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta il-pubbliku li jagħmel użu minn dan iċ-ċentru tas-saħħa huwa mgħarrraf li


1.                  Mit 8 ta’ Ottubru 2012, dawk in-nies li jkollhom bżonn is-servizz ta’ tabib, għandhom jirrikorru fiċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara.
2.                  Mit 8 ta’ Ottubru 2012, dawk li diġa għandhom appuntament għal xi wieħed mis-servizzi li jiġi offrut miċ-Ċentru tas-Saħħa jistgħu jżommu l-istess data u ħin tal-appuntament iżda jattendu fil-post indikat hawn taħt: 

Klinika
Post fejn ghandhom jattendu
Tilqim tat-tfal
Centru tas-Saħħa ta’ Birkirkara
Dijabete
Centru tas-Saħħa ta’ Birkirkara
Konsulent Mediku
Centru tas-Saħħa ta’ Birkirkara
Konsulent tal-Għadam (Ortopedija)
Centru tas-Saħħa ta’ Birkirkara
Ġinekologija u Tqala
Centru tas-Saħħa ta’ Birkirkara
E.C.G.
Centru tas-Saħħa ta’ Birkirkara
Tat-Tfal (Well Baby Clinic)
Centru tas-Saħħa ta’ Birkirkara
Riżultati tad-Demm u E.C.G
Centru tas-Saħħa ta’ Birkirkara
Teħid tad-Demm u testijiet oħra
Centru tas-Saħħa ta’ Birkirkara
Fiżjoterapija
Centru tas-Saħħa ta’ Birkirkara
Podjatrija
Centru tas-Saħħa ta’ Birkirkara
Tal-Għajnejn (Oftalmologija)
Centru tas-Saħħa ta’ Birkirkara
Saħħa Mentali
Sala Parokkjali tal-Mosta, l-ewwel sular
Riċetti tal-mediċini
Uffiċċju tal-Kunsill Lokali, Il-Mosta
Speech Language Pathology
Klinika tal-Gvern (Berga), Il-Għargħur


Is-servizz tal-X-Rays ser jibqa’ jingħata 24 siegħa kuljum miċ-Ċentru tas-Saħħa tal-Mosta sakemm jinħareg avviż ieħor.

In-numri tat-telefon taċ-Ċentru tas-Saħħa ta’ Birkirkara huma 21494960, 21494961, 21494962.  Il-pubbliku huwa mitlub juża dawn in-numri ghal kull bzonn li jista’ jinqala’.

Il-proġett, li qiegħed isir b’investiment ta’ nofs miljun ewro għandu l-iskop li li l-pazjent ikun jista jinqeda f’ambjent isbaħ filwaqt li l-professjonist jaħdem f’ambjent aktar komdu.  Il-proġett ta tisbiħ se jippermetti wkoll żieda fis-servizzi offruti f’dan iċ-ċentru li se jinkludi wkoll operating theatre li ser jintuża għal-interventi zgħar. Ix-xogħlijiet fiċ-ċentru tas-saħħa tal-Mosta se jinkludu tisbiħ radikali tal-post, b’tibdil tas-sistemi tal-elettriku u tal-ilma  kif ukoll tqassim aħjar taċ-ċentru.

Is-sena li għaddiet twasslu aktar minn 160,000 servizz minn dan iċ-ċentru, fosthom 39,000 viżta medika, 3,000 viżta fid-djar tan-nies, 10,000 servizz ta podjatrija u aktar minn 8,000 x-ray. 

Il-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita u d-Dipartiment tal-Kura Primarja jirringrazzjaw lill-professjonisti u ħaddiema li ta kuljum iwasslu s-servizzi tal-kura primarja fiċ-ċentri tas-saħħa, bereġ u anke fid-djar tan nies.