Bejgħ ta’ 3,000 qabar fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata
Ġie ppublikat avviż legali li se jiftaħ it-triq biex jinbiegħu 3,000 qabar ġdid fiċ-Ċimiterju ta’ Santa Marija Addolorata. Dan tħabbar mill-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita Dr Joe Cassar waqt konferenza tal-aħbarijiet li matulha ingħataw id-dettalji tal-kontenut tal-avviż legali.
Il-Ministru Cassar qal li dan se jagħti opportunita lill min jixtieq jixtri l-qabar tiegħu. Il-prezz tal-oqbra se jkun dak ta 5,000 ewro. Matul il-jiem li ġejjijn kull min jista jkun intitolat li jixtri qabar għandu jircievi ittra biex jibda il-proċess biex isir il-konvenju. Dawn se jkollhom data sa meta ikunu jistgħu jirrispondu biex imbgħad isir l-arranġament u jsir id-depożitu.
Joe Cassar ħabbar ukoll li l-ġimgħa d-dieħla għandu jingħalaq ukoll it-tendering process għall-kostruzzjoni u r-restawr taċ-cimiterju eżisteni. B’hekk ix-xogħol huwa mistenni li jibda mill-aktar fis possibli u l-Gvern ikun f’pozzizjoni li jista jintrabat ukoll biż-żmien sa meta ser jagħti l-oqbra lil dawk li jkunu għamlu id-depositu.
L-istess Avviz Legali jkopri ukoll sitta u sebgħin qabar fic-Ċimiterju Omm il-Ħniena fil-Mellieħa li qed jsir b’kooperazzjoni mal-Kunsill Lokali. Dawn l-oqbra ser jinbiegħu bl’istess sistema.
Qed jiġi ppjanat ukoll żvilupp fiċ-Ċimiterju ta’ Sant’Antnin limiti tal-Imdina li meta jkun il-waqt jitħabbru wkoll l-oqbra għall-bejgħ.
Dawn l-oqbra ħa jkunu wkoll għall-prezz ta’ ħamest elef ewro kif imħabbar fl-istess Avviz Legali.
No comments:
Post a Comment