STQARRIJA TAL-GVERN
L-għażla dwar l-iSptar Saint Philips hi waħda li tqiegħed l-interess tal-pazjent quddiemnett
L-għażla dwar l-iSptar Saint Philips hi waħda li tqiegħed l-interess tal-pazjent quddiemnett.
L-għażliet kienu li jew tinbena facilità ġdida jew il-Gvern jikri binja eżistenti li tkun tista’ tintuża mill-ewwel. L-aktar għażla li kienet tagħmel sens kienet il-kirja ta’ St Philips li hi ta’ 20 Ewro kuljum għal kull sodda. Wara 3 snin mill-kirja l-Gvern ikun jista’ jagħżel jixtrix l-isptar jew le. Jekk ma jixtrihx il-kirja tibqa’ għaddejja.
Huwa fatt ukoll li l-prezz li nnegozja l-Gvern hu 9 miljun Ewro inqas mit-talba oriġinali li kienet saret mis-sidien tal-isptar. Dan issarraf fi prezz tajjeb ħafna ta’ 20 Ewro kuljum għal sodda ta’ rijabilitazzjoni.
Għal 20 Ewro kuljum kull sodda, Dott Muscat irid jixxaħħaħ mal-pazjenti.
F’din il-leġislatura l-Gvern daħħal diversi servizzi mediċi ġodda fosthom operazzjonijiet ġodda, żdiedu l-operazzjonijiet u telgħu għal 44,000 f’sena, żdiedu l-mediċini ġodda, infetaħ breast screening centre, żdiedu bi 850 is-sodod għall-anzjani fid-djar tal-anzjani, u infetħu kliċini għal kura tas-saħħa mentali.
No comments:
Post a Comment