Thursday, 4 October 2012

Imniedi stħarriġ biex jistabilixxi x’kienet l-esperjenza tal-pazjent fl-iSptar Mater Dei

Imniedi stħarriġ biex jistabilixxi x’kienet l-esperjenza tal-pazjent fl-iSptar Mater Dei
Il-kwestjonarju jista jimtela direttament fuq it-touchscreen tas-soddod tal-pazjenti fis-swali
L-iSptar Mater Dei nieda stħarriġ bl-iskop li jiġi stabilit kif il-pazjent jevalwa l-esperjenza tiegħu waqt li kien rekoverat fl-iSptar Mater Dei.  Dan qiegħed isir permezz ta kwestjonarju li jista jimtela mill-pazjent fuq it-touchscreen li li jinsab ma kull sodda fis-swali differenti.
Il-Ministru Joe Cassar qal li l-esperjenza tal-pazjent hi importanti għall-dawk kollha li jikkontribwixxu fil-proċess ta kura.  Din l-informazzjoni tindika wkoll fejn ikun jista jsir titjib.  Joe Cassar qal li l-iskop aħħari huwa dejjem dak li l-pazjent jingħata servizz dejjem aħjar.  Hu qal li għal dan il-għan ġew ippreperati żewġ kwestjonarji, wieħed għall-pazjenti fis-swali in ġenerali (eżempju dawk tal kiruġija, mediċina, pedjatrija), u ieħor għas-swali tal-maternita.
Dan sar minħabba li s-servizzi li jiġu offruti fis-swali huma pjuttost differenti.
Il-kwestjonari huma offruti kemm bil-Malti u anke bl-Ingliz, u l-pazjent se jkun imħeġġeġ jimlihom hekk kif ikun mgħarraf li jista jmur id-dar.  Is-sistema hija maħluqa b’mod li tiżgura l-anonimita tal-pazjent, u minkejja li qed jiġi offrut fuq l-entertainment system, ma hemm bżonn li tinxtara l-ebda card biex jimtela.
Il-kwestjonarji, li mhumiex obbligatorji, jikkonsistu minn 23 / 25 mistoqsija u jinkludu mistoqsijiet dwar il-kura mgħotija, indafa, u ospitalita.  Dan se jippermetti li l-isptar ikun jista jqabbel dak li joħroġ mill-kwestjonarji bejn sala u oħra. 
Il-Ministru Cassar qal li peress l-proċess huwa kollu diġitali u l-analiżi ssir b’mod awtomatiku, qed jiġi evitat ukoll l-użu ta karti u possibilita ta żbalji.  Il-Ministru Cassar irringrazzja lill-professjonisti varji li kienu involuti sabiex dan l-istħarriġ jista jibda jiġi offrut lill pazjenti b’daqshekk kumdita. 

No comments:

Post a Comment