Monday, 22 October 2012

JINTLAĦAQ FTEHIM IEĦOR SABIEX JORĦSU AKTAR MEDIĊINI

Il-Ministeru għall-Kompetizzjoni Ġusta, Negozji Żgħar u l-Konsumaur, iħabbar li se jorħsu erbatax-il mediċina oħra.B’hekk in-numru ta’ medicini li raħsu issa telgħu għal 267 mediċina.

It-tnaqqis ta’ dawn il-medicini jlaħħaq roħs sa 69%. Minn dawn il-mediċini il-Medovir li jintuża għall-kura ta’ infezzjonijiet virali raħas b’ €22.24, iz-Zithromax li huwa antibijotiku tat-tfal raħas b’€7.56 u l-Moxiclav li huwa antibijotiku raħas b’€ 3.59. Ir-roħs sar bl-intervent tal-Uffiċċju għall-Affarijiet tal-Konsumatur.

Il-Ministru Jason Azzopardi qal li dan huwa pass ieħor ‘il quddiem sabiex aktar familji jkunu jistgħu jixtru dawn il-mediċini bi prezzijiet irħas. Dan kollu, saħaq il-Ministru Azzopardi jixhed ix-xogħol siewi li qed jaghmel il-Gvern sabiex ikompli bid-diskussjonijiet tiegħu mal-importaturi sabiex jorħsu aktar medicini. Filfatt, il-Ministru Azzopardi qal li bħalissa għaddejjin taħditiet oħra sabiex ix-xahar li ġej ikomplu jorħsu numru ta’ medicini oħra. Dawn it- tahditiet, sostna l-Ministru  qed isiru sabiex jintlaħaq l-aħjar ftehim fl-interess tal-familji Maltin u Għawdxin kollha.

Għal aktar informazzjoni dwar il-prezzijiet tal-mediċini, wieħed jista’ jċempel fuq in-numru 23952000, mit-Tnejn sal-Ġimgħa bejn it-8:00am u t-3:00pm jew inkella billi jibgħat email fuq l-indirizz: medicines@gov.mt




No comments:

Post a Comment