Wednesday, 10 October 2012

Il-Poplu jgħid mod, l-oppożizzjoni tgħid mod ieħor

Il-Poplu jgħid mod, l-oppożizzjoni tgħid mod ieħor  

Hu għajb li l-Malta Labour Party jibqa jeħodha kontra inizjattiva oħra favur il-pazjenti.

Fl-isforz tieghu li jpinġi lill-pajjiż u s-servizzi fil-qasam tas-saħħa f’dawl ikraħ, din id-darba il-Malta Labour Party saħansitra qed joġġezzjona għal ftehim ieħor mall-privat li minnu se jibbenefikaw il-pazjenti.

Fil-fatt kollox jindika li l-Oppożizzjoni ma fehmitx  x’inhi id-differenza bejn li l-iSptar Saint Philips, li se jintuża għar-rijabilitazzjoni u l-isptar Mater Dei li huwa acute hospital.

Il-Malta Labour Party issa qed imeri lill Għaqda Dinjija tas-Saħħa, li qalet li pajjiżna huwa “role model” għall-pajjiżi oħra fil-qasam tas-saħħa.  Aktar minn hekk il-Malta Labour Party saħansitra qed jgħid l-oppost ta dak li qed jgħidu l-Maltin u l-Għawdxin.  Fil-fatt, minkejja it-tfieħ ta tajn kontinwu mill-oppożizzjoni,  il-Eurobarometer juri li 82% tal poplu Malti jqis s-servizz tas-saħħa f’pajjiżna hu wieħed tajjeb.

Għal darb oħra qed tiġi miċħuda il-gidba li saru xi ħlasijiet għall-xogħolijiet li ma sarux.

Ironikament, f’temp ta ġimgħa, il-Ministeru ħabbar ftehim ieħor ma 3 sptarijiet privati dwar proċeduri oħra ghal gid tal-pazjenti, u tħabbru wkoll żewġ inizjattivi oħra mill-privat fil-qasam tas-saħħa. 

Dan kollu juri li filwaqt li l-pazjent qed ikompli jibbenefika mill-politika tal-gvern għal-qasam tas-saħħa, l-oppożizzjoni qed tiddendel ma kull opportunita biex tħammeġ is-settur u tiżra n-negattivita. 

No comments:

Post a Comment