Iż-żmien ta stennija għall-operazzjonijiet tal-kataretti jitnaqqas minn ħames snin għal sena u nofs
579 persuna tagħmel l-operazzjoni tal-Kataretti fil-privat mħallsa mill-Gvern
Grazzi għal ħidma bl-iskop li jkompli jonqos iż-żmien ta stennija għall-operazzjonijiet, fi żmien sena tnaqqas drastikament iż-żmien ta stennija għall-operazzjonijiet tal-kataretti. Il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita Joe Cassar ħabbar li ż-żmien ta stennija għall-operazzjonijiet tal-kataretti tnaqqas minn ħames snin għal sena u nofs.
Dan seħħ ukoll grazzi għall ftehim li l-Gvern għamel mall-privat. Waqt żjara fil-klinika Saint Annes’ il-Ministru Joe Cassar ħabbar li bis-saħħa ta dan il-ftehim 579 persuna bbenfikaw minn operazzjoni tal-kataretti b’xejn fil-Klinika Saint Anne’s u l-iSptar Saint James. Fl-istess waqt in-numru ta Operazzjoniet tal-Kataretti fl-iSptar Mater Dei kompla jiżdied.
Il-Ministru Joe Cassar qal li matul is-sena li għaddiet fl-iSptar Mater Dei kienu saru total ta’ 2,438 operazzjoni tal-kataretti, li fil-fatt diġa kienet żieda fuq is-sena 2010. Il-Ministru Cassar ħabbar ukoll, li minkejja li ż-żieda fl-operazzjonijiet li saru fl-2011 kienet waħda sostanzjali, n-numru ta operazzjonijiet tal-kataretti li saru fl-iSptar Mater Dei matul Jannar 2012 diġa huwa aktar minn dawk li saru f’Jannar 2011. Fil-fatt din is-sena (Jannar) saru 263, filwaqt li f’Jannar 2010 kienu saru 199.
Dan huwa r-riżultat ta serje ta inizjattivi li ttieħdu bis-sehem tal-professjonisti varji. Il-Ministru fakkar li b’kollox, fl-Isptar Mater Dei fl-2011 saru total ta 43,747 operazzzjoni, li tfisser żieda ta 1,952 fuq is-sena 2010 u żieda ta’ 11,000 operazzjoni fuq l-aħħar sena sħiħa tal-iSptar San Luqa.
Fi tmiem l-attivita, il-Ministru Joe Cassar ħabbar li l-Gvern se jkun qiegħed jinvesti fi ftehim ieħor mall-privat, din id-darba dwar proċeduri Arthroscopy u Arthroscopic Surgery.
No comments:
Post a Comment