Illum isiru operazzjonijiet speżjalizzati li qabel kienu jsiru barra minn pajjiżna, b’inqas inkonvenjent għall-pazjent u l-familjari.
Id-Dipartiment tal-Ortopedija fl-iSptar Mater Dei għamel 4,881 operazzjoni fl-isptar Mater Dei matul is-sena li għaddiet. Ic-Chairman tad-Dipartiment Mr Ray Gatt qal li dawn l-operazzjonijiet jiswew bejn €3,000 u €8,000 kull waħda. Hu qal ukoll li l-kura li qed tingħata f’pajjiżna illum il-ġurnata hija waħda mill-aħjar fl-Ewropa permezz tad-diversi interventi li jisru, fosthom operazzjoni fl-ispalla li huma operazzjonijiet speċjalizzati.
Waqt żjara li l-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita, Joe Cassar għamel fis-swali tal-Ortopedija fl-iSptar Mater Dei, iltaqa mall-professjonisti li huma wara s-suċċess miksub fil-qasam filwaqt u ma numru ta pazjenti li kienu qed jirkupraw minn operazzjonijiet varji.
In-Nursing Officers tas-swali Orthopaedic 1 u 2, is-Sinjuri Robert Baldacchino u Stephen Azzopardi rispettivament, spjegaw il-kura li tingħata lill-pazjenti fis-swali. Il-Minisru qal li matul is-sena li għaddiet medja ta 269 pazjent fix-xahar ingħataw il-kura f’dawn is-swali u sala oħra relatata.
Is-Sur Fenech, pazjent fis-Sala tal-Ortopedija 1, qasam l-esperjenza dwar l-operazzjoni li għamel ftit jiem ilu ta hip replacement u dwar il-kura li qed jirċievi fis-sala. Filwaqt li rringrazzja lill Mr Gatt, li kien il-kirurgu li operaħ, hu qal li din l-operazzjoni reġgħet tatu ħajja mill-ġdid minħabba li l-uġieħ li kien qiegħed jesperjenza kien illimitatu l-liberta. Hu qal li issa li qiegħed jirkupra mill-operazzjoni diġa qiegħed jippjana kif se jibqa jqatta l-ħin liberu tiegħu hekk kif qed iħossu li se jkun jista jerġa jibda jgawdi minn aktar awtonomija. Hu rringrazzja lill infermiera, il-fiżjoterapisti u l-ħaddiema kollha tal-isptar għall-kura li qed jagħtuħ.
Ray Gatt qal li l-aktar operazzjonijiet komuni huma dawk ta’ bdil tal-irkoppa, u hip replacement filwaqt li qed isiru wkoll operazzjonijiet fis-sinsla tad-dahar, l-għonq u l-ispalla. Mill-operazzjonijiet li saru is-sena li għaddiet kien hemm 2,214 proċedura li kienu ppjanati u 1,814 li kien proċeduri ta emerġenza. Dawn tal-aħħaw huma kawża ta inċidenti varji, li jinkludu wkoll il-waqgħat li huma l-aktar kawża komuni qalb l-anzjani. Ħafna drabi, irrilevanti mill-eta, dawn l-operazzjonijiet ikunu jridu jsiru l-għada tal-inċident sabiex jiġi żgurat li l-pazjent ikun jiflaħ għall-operazzjoni.
Hu qal li llum qed isiru wkoll operazzjonijiet fis-sinsla tad-dahar li qabel kienu jsiru barra minn pajjiżna. Dawn isiru b’metodi varji fosthom anke permezz ta key hole surgery li huwa metodu li ma jħallix ħafna marki permanenti filwaqt li joħloq inqas inkonvenjent għall-pazjent. Isiru wkoll operazzjonijiet li permezz tagħhom tiġi kkoreġuta is-sinsla tad-dahar, f’każijiet ta skoljożi.
Il-Ministru Joe Cassar qal li dan huwa investiment ieħor fis-saħħa tal-poplu li qiegħed jagħti ir-riżultati mixtieqa. Hu qal li meta infetaħ l-isptar Mater Dei bdew jintużaw 2 teatri tal-operazzjonijiet filwaqt li issa qed jintużaw erba, u dan ifisser żieda fl-operazzjonijiet u tnaqqis fiż-żmien ta stennija għall-pazjenti.
Preżenti għal din iż-żjara kien hemm ukoll Mr Joe Bonnici, il-kirurgu responsabbli minn-operazzjonijiet fis-sinsla tad-dahar u Dr John Cordina speċjalista fil-ġerantoloġija.
No comments:
Post a Comment