F’inizjattiva ambjentali konġunta bejn il-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità, il-Ministeru għar-Riżorsi u Affarijiet Rurali, GO, u l-organizzazzjoni Nature Trust, iż-żona indikata issa ġiet mibdula f’masġar.
Waqt l-inawgurazzjoni tal-proġett il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunità, Joe Cassar qal li permezz tal-proġett, l-Isptar Mater Dei ukoll qiegħed jikkontribwixxi sabiex jinħoloq ambjent aħjar li finalment jirriżulta f’inqas problemi għas-saħħa tal-bniedem.
Il-Ministru qal l-iskop tal-2,000 siġra mhuwiex biss biex iż-żona tidher isbaħ imma wkoll biex isservi ta’ żona edukattiva għal diversi studenti li se jkunu qed iżuru s-sit minn żmien għall-ieħor. Il-Ministru Cassar faħħar il-kollaborazzjoni bejn id-diversi entitajiet involuti li ħadmu flimkien għall-istess għan.
Numru ta’ studenti mill-programm ekoskola indirizzaw lil dawk preżenti li spjegaw dak li qegħdin jitgħallmu permezz tal-programm edukattiv li jitmexxa mill-istudenti stess. Dan kollu huwa importanti ferm fejn għandu x’jaqsam is-saħħa. Huwa tajjeb li l-ġenerazzjonijiet kollha, speċjalment dawk li għadhom żgħar, jagħrfu jibżgħu għall-ambjent filwaqt li japprezzaw ir-rabta intima bejn ambjent tajjeb u saħħa tajba.
Il-Ministru Joe Cassar rringrazzja lill-kumpanija GO li ffinanzjat il-proġett filwaqt li serviet ta’ eżempju tajjeb dwar kif kulħadd għandu jħossu parti mill-isforz kollettiv biex ikollna ambjent aħjar għall-ġid tagħna stess.
No comments:
Post a Comment