Wednesday, 14 March 2012

Saħħtek Għal-Qalbna - Grazzi

Ma nistax ma nibdiex billi nirringrazzja lill dawk l-eluf ta’ ħaddiema li ta kull jum, anzi, biex inkun aktar preċiz, li ta kull ħin, ikunu ppreparati biex joffru servizz lill min jiġi bżonnu.  L-isptar Mater Dei biss huwa l-post tax-xogħol għal 3,761 persuna.  Hemm ukoll aktar minn elf persuna li jaħdmu fir-Residenza San Vinċenz De Paul u mijiet oħra fl-Isptar Monte Carmeli, l-isptar ta Rijabilitazzjoni Karen Grech u d-diversi djar tal-anzjani u ċ-ċentri ta matul il-jum.  

Professjonisti u ħaddiema varji li huma l-moħħ wara is-servizzi varji li jiġu offruti. Grazzi għall dawn in-nies nistgħu inserrħu rasna li hemm min jieħu ħsiebna. Ħafna drabi, sfortunatament,  il-professjonisti u l-ħaddiema, kif ukoll is-settur tas-saħħa nnifsu  jissemmew biss f’aħbarijiet negattivi.  Huwa minnu li jkun hemm persuni li kultant ma jgħamlux ġieħ lill-professjoni tagħhom u joffru servizz imxellef.  Iżda huwa minnu wkoll li l-maġġoranza vasta jagħmlu l-aħjar, u jittrattaw kull pazjent bl-aħjar mod li jistgħu.  Għalhekk, f’dawn il-ftit linji jien ngħid Grazzi.  Grazzi lill kull min jagħmel l-aħjar tiegħu għall ġid tal-pazjent. 

No comments:

Post a Comment