Wednesday, 14 March 2012

Mill Parlament

Ftit tal-ġimgħat ilu fil-Parlament ġejt mistoqsi kemm saru ilmenti dwar is-servizzi fl-Isptar Mater Dei matul l-2011.  Irriżulta li kienu tressqu ftit aktar minn 5,000 ilment.  

Meta tara dan in-numru waħdu taraħ kbir.  Iżda matul l-istess perijodu ta żmien ġew offruti ammont inkreddibbli ta servizzi.  Miljuni.  Preċiżament 9,600,000 servizz. 

Issa li għandek l-istampa kollha tista tqabbel.  Fil-fatt, għalkemm idealment ma jkunx hemm ilment wieħed, in-numru ta ilment mqabbel ma dak tas-servizzi offruti mhuwiex kbir wisq.  Naturalment kull ilment jiġi investigat bir-reqqa, u minkejja li mhux kull ilment ikun ġustifikat, ikun hemm ilment li jgħinuna biex nibnu servizz aħjar. 

Grazzi għall ħidma tat-tim tal-customare care tal-istess sptar 99% ta dawn l-ilmenti ġew indirizzati b’suċċess. 

No comments:

Post a Comment