Ikomplu jiżdied in-numru ta operazzjonijiet li qed isiru fl-iSptar Mater Dei
L-iSptar Mater Dei kompla isaħħaħ is-suċċess li qiegħed jinkiseb xahar wara l-ieħor fin-numru dejjem jikber ta operazzjonijiet li qed isiru fl-Isptar.
Din iż-żieda kompliet tiġi reġistrata anke matul l-ewwel xahar ta din is-sena hekk kif saru total ta 3,947 operazzjoni, li jfisser żieda ta 302 operazzjonijiet fuq Jannar tal 2011. Din iż-żieda tkompli tibni fuq is-suċċessi miksuba fis-snin li għaddew.
Dan jikkonferma is-suċċess li qiegħed jinkiseb fl-isforzi biex ikompli jitnaqqas iż-żmien ta stennija għall-operazzjonijiet varji. Fil-fatt, l-2011 kienet sena li fiha saru total ta 43,747 operazzjoni, li huwa l-akbar ammont ta operazzjonijiet f’temp ta sena qatt reġistrat f’pajjiżna. Dan ifisser żieda ta’ 1,952 operazzjoni fuq is-sena 2010 u żieda ta 11,000 operazzjoni fuq l-aħħar sena tal-iSptar San Luqa.
Il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita qal li dan huwa suċċess ta sptar li jiġbor fi ħdanu professjonisti li qed jaħdmu flimkien għall ġid tal-pazjent. Il-Ministru rrimarka li l-isforz kollettiv jirriżulta f’suċċessi simili li finalment ifissru li l-pazjent jinqeda kemm jista jkun malajr.
“Is-sena li għaddiet kienet sena li fiha irnexxilna inżidu b’mod sostanzjali l-ammont ta operazzjonijiet, tant li għedna mill-ewwelli kienet se tkun diffiċli li inkomplu inżidu fuq dak li lħaqna. Iżda, erġajna rajna żieda oħra f’Jannar ta din is-sena”. Il-Ministru fakkar ukoll li bis-saħħa ta ftehim mall-privat qed jitnaqqas ukoll il-ħin ta stennija għall-diversi proċeduri u eżamijiet mediċi. Dan jafuħ sew dawk it 310 pazjent li matul is-sena li għaddiet għamlu PET / CT Scan fi sptar privat.
Il-Gvern għandu ftehim ukoll għall numru ta proċeduri oħra, fosthom il-Capsule Endoscopy, MRI u Multi Skeltal MRI u CT Angiography.
Bis-saħħa ta ftehim ieħor li sar mall-privat, din id-darba dwar operazzjonijiet tal-kataretti, tnaqqas drastikament iż-żmien ta stennija għal din l-operazzjoni, minn ħames snin għal sena u nofs. Sa issa aktar minn 600 persuna għamlu din l-operazzjoni fil-privat b’xejn.
No comments:
Post a Comment