Sa minn qabel dħalt fil-politika, bħala Psikjatra, u allura ħaddiem fil-qasam tas-saħħa, kont ninnota li hawn persuni li ma jirrealizzawx li s-servizzi tas-saħħa jitħallsu mit-taxxi tal-poplu, u allura minn flusna lkoll. Fil-fatt hawn min bħal donnu jħossu komdu jabbuża minn sistema, u jipprova jakkwista dak li jista għar-raġunijiet tiegħu / tagħha.
Li ma jirrealizzawx dawn il-persuni huwa li fil-fatt, kull ma tkun qed tagħmel hu dak li tisraq flusek. U xi ngħidu għal vandaliżmu ?
Per eżempju, l-maintenence team tal-isptar Mater Dei jista jikteb volumi ta kotba dwar ċirkostanzi li jġibulek għajnejn wara widnejk. Per eżempju xi ħadd iddeċieda li jqaxxar l-ittri tal-kliem imwaħħal ma tabelli varji madwar l-isptar! Għaliex ? Xi ħadd ieħor barax madwar il-buttuni ta lift partikolari ! Għaliex ? Xi ħadd dehrlu li bieb jinfetaħ aħjar jekk tixxutjaħ waħda sew, u timmarkaħ biż-żarbun. Għaliex ?
Nieqaf hawn. Pero, dawn trannġaw u tranġaw minn flusek u flusi..u minn flus il-vandalu.
No comments:
Post a Comment