Saturday, 17 March 2012

Imniedi RESPIRA - proġett ta riċerka biex tiġi eżaminata il-kwalita tal-arja




RESPIRA hu l-isem li ingħata lill proġett ko-finanzjat minn fondi Ewropej, li nbeda matul dawn l-aħħar jiem bl-iskop li tiġi eżaminiata il-kwalita tal-arja li huma esposti għaliha tfal minn 11 sa 14-il sena u l-ġenituri tagħhom.

Il-Ministru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita, Joe Cassar qal li RESPIRA, li qiegħed isir b’kollaborazzjoni ma istituzzjonijiet tas-saħħa Taljani, se jkun jista jagħti informazzjoni utli lill professjonisti tas-saħħa dwar il-kawża ta mard respiratorju.

Il-Ministru qal li tul il-proġett se tiġi mitluba l-kooperazzjoni ta 1,800 tifel u tifla – 600 minn Malta u 1200 mill-Italja li għandhom bejn 11 u 14-il sena.  Dan se jsir permezz ta kwestjonarju. Sadattant inxtara wkoll apparat sabiex tiġi eżaminita il-kwalita ta arja fl-iskejjel differenti li fihom jattendu dwan it-tfal.  Joe Cassar spjega kif din ir-riċerka se tinvolvi wkoll l-istedina lill madwar mitt tifel u tifla, u anke lill ġenituri tagħhom biex imorru l-isptar Mater Dei fejn jimtela kwestjonarju aktar dettaljat u jsiru testijiet dwar l-allerġija.  Bħalissa qiegħed jinxtara apparat apposta propju għal dan, sabiex ikun ta assistenza lill professjonisti tagħna.

Wara dan, numru ta familji ser jiġu mistoqsija jekk jixtiequx li tiġi eżaminata il-kwalita tal-arja fid-djar tagħhom.  Dan ukoll ser isir permezz tal-apparat li jkun ġie użat matul il-proġett.

Il-Ministru irringrazzja lill professjonisti involuti fid-diversi fażijiet tal-proġett.

Dr Martin Balzan qal li RESPIRA huwa finanzjat mill-Ministeru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita (15%) u mill-Fond Ewropew Għall-Iżvilupp Reġjonali, Italia Malta 2007 - 2013 (85%).  Dr Balzan qal li dan l-istudju ser isir permezz ta kwestjonarji imma wkoll bil-għajnuna ta apparat modern li jista jkejjel ħafna minn dawk li huma maħsuba li huma l-kaġun ta mard respiratorju.  Hu qal li bis-saħħa tal-imsieħba tal-proġett ser ikunu jistgħu jitqabblu ir-riżultati miksuba.  Dan ukoll jiddetermina x’passi jistgħu jittieħdu f’dan ir-rigward.

Il-Professor Montfort li huwa wieħed mill-esperti li qiegħed jaħdem fuq il-proġett irringrazzja lill Ministru Cassar tal-appoġġ li dejjem wera d’dawn l-injattivi ta riċerka. Hu qal li sa issa il-professjonisti għandhom biss perċezzjoni ta dak li qiegħed jikkawża il-mard respiratorji, u permezz ta dan l-istudju se jkun ivverifikat jekk dawn il-perċezzjonijiet humiex minnhom.  Hu qal li l-istudji ser iseħħu f’sitt skejjel tas-sekondarja f’pajjiżna, tlieta tas-subien u tlieta tal-bniet, fi tlett reġjuni differenti.  Hu qal li l-istudju ser jibda mill-iskola tal-Ħamrun, fejn diġa saru xi laqgħat ma numru ta ġenituri.  Stephen Montfort appella għall-kooperazzoni ta kull min jiġi avviċinat.


Il-Partners tal-proġett RESPIRA huma

  • Il-Minsiteru għas-Saħħa, l-Anzjani u Kura fil-Komunita,
  • Centro Nazzionale di Ricerca, Palermo
  • Dipartimento di Energia, Universita di Palermo
  • Azienda Sanitaria, locale di Caltanisetta

1 comment:

  1. Il-Mirkali li qieghed jaghmel l-isptar Mater Dei huma inkredibli. Prosit lil l-istaff. In-nies iridu jifmhu li ahna drajna wisq fil-lussu. Jiena ghandi 20 sena biss u alavolja ma ghaddejtx min dak iz-zmien tal-wahx li alavolja ma kontx hemm, dejjem naqra u nisma fuqu jiena nista nghid:
    Meta l-Oppozizzjoni tghid li mhux se jibqa jkun hemm waiting list xi tfisser? Tfisser li l-isptar mhux se jibqa b'xejn ghalhekk tmur ghand l-privat u Mater Dei huwa l-istess ghalhekk in-nies ha jitqassmu? Meta mhux se jkun hemm pinnoli out of stock jfisser li sptar b'xejn se jispicca u ghalhekk mhux se jkun hemm gvern li jaghti pinnoli ghal mard kroniku? Ma nafx, forsi xi darba l-Opozzizjoni tiegeb ghal-dawn id-domandi xi darba!

    ReplyDelete