Miljuni
Is-servizzi tas-Saħħa f’pajjiżna jiswew litteralment miljuni kuljum. Per eżempju il-Gvern jinvesti 212,000,000 Ewro fis-sena fl-Isptar Mater Dei biss. Dan mingħajr ma nsemmu il-Kura Primarja li tingħata fiċ-Ċentri tas-Saħħa, il-miljuni ta mediċini li jitqassmu b’xejn, servizzi differenti u affarijiet oħra.
B’kollox, l-ammont allokat għas-servizzi tas-Saħħa għal din is-sena hu dak ta 415,900,000 ewro.
Dan ifisser żieda ta’ 37,000,000 ewro fuq is-sena li għaddiet. Huwa tajjeb li int tkun taf dan kollu biex tifhem aktar kemm hu importanti li l-politika tkun waħda ċara. Dan il-Gvern iġorr il-bandiera tas-servizzi tas-saħħa b’xejn. Jien, f’isem il-Gvern, kemm il-darba sostnejt li hekk se tibqa il-politika tagħna. Is-Saħħa se tibqa b’xejn. Ma hemmx fejn ma tiftiehemx. Iżda għal diversi drabi l-oppozizzjoni allegat li dan mhux se jibqa hekk. Jien ma nafx xi pjanijiet għandhom l-oppozizzjoni...iżda, bħala ma diġa għedt, aħna ilna snin twal li ħadna pożizzjoni ċara – dik li s-saħħa tibqa b’xejn għall poplu.
No comments:
Post a Comment